+21. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il - kriptoassi jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - …

21. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il - kriptoassi jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - …

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il - kriptoassi jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - Regolament (UE) 2023/1114, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jivvalutaw l - esklużjonijiet kollha identifikati fl -A rtikolu 2, il - punti (2) sa (4), tar - Regolament (UE) 2023/1114:

  • a. l - Artikolu 2(2): l - emittent jew l - offerent huwa persuna msemmija f’dak il - paragrafu? Il - MiCAR ma japplikax għal persuni li jipprovdu servizzi ta’ kriptoassi esklużivament għall - kumpaniji prinċipali tagħhom, għas - sussidjarji tagħhom stess jew għal sussidjarji oħra tal - kumpaniji prinċipali tagħhom; likwidaturi jew amministraturi li jaġixxu matul proċedura ta’ insolvenza (ħlief għall - finijiet tal - Artikolu 47 tal - MiCAR); il - BĊE, il - banek ċentrali tal - Istati Membri meta jaġixxu fil - kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, jew awtoritajiet pubbliċi oħra tal - Istati Membri; il - Bank Ewropew tal - Investiment u s - sussidjarji tiegħu; il - Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l - Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà; organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
  • b. L- Artikolu 2(3): il - kriptoassi huwa uniku u mhux funġibbli ma’ kriptoassi oħra?5 Fil - valutazzjoni ta’ jekk il - kriptoassi huwiex uniku u mhux funġibbli, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida japplikaw għalihom għandhom iqisu l - Artikolu 2(3) u l - premessa (11) tar - Regolament (UE) 2023/1114 kif ukoll il -Linji Gw ida dwar il - kundizzjonijiet u l - kriterji għall - kwalifika tal - kriptoassi bħala strumenti finanzjarji.6
  • c. L- Artikolu 2(4): il - kriptoassi jikkwalifika bħala prodott rilevanti elenkat f’dak il - paragrafu? Ir - Regolament (UE) 2023/1114 ma japplikax għal strumenti finanzjarji, depożiti, depożiti strutturati, fondi (ħlief tokens tal - flus elettroniċi), pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (skont ir - Regolament (UE) 2017/24027 ), prodotti tal - assigurazzjoni u kuntratti ta’ riassigurazzjoni (skont id - Direttiva 2009/138/KE), prodotti tal - pensjoni li primarjament jipprovdu introjtu għall - irtirar, skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment (skont id - Direttivi (UE) 2016/23418 u 2009/138/KE9 ), prodotti tal - pensjoni individwali b’mandat mill - impjegatur, Prodotti tal - Pensjoni Personali Pan - Ewropej (skont ir - Regolament (UE) 2019/123810 ) u skemi tas - sigurtà soċjali (skont ir - Regolamenti (KE) Nru 883/200411 u (KE) Nru 987/200912 ).

5 Dan jista’ jinkludi, pereżempju, kriptoassi mhux funġibbli li juri dritt ta’ proprjetà esklużiva f’assi tanġibbli speċifiku f i proprjetà immobbli (bħal dar jew proprjetà kummerċjali), jew assi intanġibbli bħal privattiva.

6 Għandu jiżdied link ladarba l - Linji Gwida tal - ESMA jkunu finali (għad - dokument ta’ konsultazzjoni, ara ESMA75 – 453128700 – 52).

7 Ir - Regolament (UE) 2017/2402 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tat - 12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat - titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d - Direttiv i 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r - Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

8 Id- Direttiva (UE) 2016/2341 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 14 ta’ Diċembru 2016 dwar l - attivitajiet u s - superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall - provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

9 Id- Direttiva 2009/138/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 25 ta’ Novembru 2009 dwar il - bidu u l - eżerċizzju tan - negozju tal - assigurazzjoni u tar - riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

10 Ir - Regolament (UE) 2019/1238 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal - Pensjoni Personali pan - Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).

11 Ir - Regolament (KE) Nru 883/2004 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tad - 29 ta’ April 2004 dwar il - kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

12 Ir - Regolament (KE) Nru 987/2009 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l - proċedura għall - implimentazzjoni tar - Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il - koordinazzjoni tal - iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.