+Artikolu 47 Pjan ta’ fidi
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.

Artikolu 47 Pjan ta’ fidi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.
L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jfassal u jżomm pjan operazzjonali sabiex jappoġġja l-fidi ordnat ta’ kull token irreferenzjat ma’ assi, li għandu jiġi implimentat fuq deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li l-emittent ma jkunx jista’ jew x’aktarx ma jkunx jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu, inkluż fil-każ ta’ insolvenza jew, meta applikabbli, ta’ riżoluzzjoni jew fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent, mingħajr preġudizzju għall-bidu ta’ miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punti (101) u (102), rispettivament, tad-Direttiva 2014/59/UE jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).
Artikolu 47 2.
Il-pjan ta’ fidi għandu juri l-kapaċità tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi li jwettaq il-fidi ta’ token irreferenzjati ma’ assi pendenti maħruġa mingħajr ma jikkawża ħsara ekonomika bla bżonn lid-detenturi tiegħu jew lill-istabbiltà tas-swieq tal-assi ta’ riżerva.

Il-pjan ta’ fidi għandu jinkludi arranġamenti kuntrattwali, proċeduri u sistemi, inkluża d-deżinjazzjoni ta’ amministratur temporanju f’konformità mal-liġi applikabbli, li jiżguraw it-trattament ekwu bejn id-detenturi kollha ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u jiżguraw li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jitħallsu fil-ħin mir-rikavat tal-bejgħ tal-assi ta’ riżerva li jifdal.

Il-pjan ta’ fidi għandu jiżgura l-kontinwità ta’ kwalunkwe attività kritika li hija meħtieġa għall-fidi ordnat u li hija mwettqa mill-emittenti jew minn kwalunkwe entità terza.

Artikolu 47 3.
L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-pjan ta’ fidi lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17. L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi emendi għall-pjan ta’ fidi meta meħtieġ biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu u għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li titlob dawk l-emendi lill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak il-pjan. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata mill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-emittent għandu jirrieżamina u jaġġorna regolarment il-pjan ta’ fidi.
Artikolu 47 4.
Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-pjan ta’ fidi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ superviżjoni prudenzjali tal-emittent.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżamina l-pjan ta’ fidi bil-ħsieb li tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta’ fidi li jista’ jkollha impatt negattiv fuq ir-riżolvibbiltà tal-emittent, u tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ dan.

Artikolu 47 5.

L-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sabiex tispeċifika:

(a) 

il-kontenut tal-pjan ta’ fidi u l-perjodiċità għar-reviżjoni, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità, u n-natura tat-token irreferenzjat ma’ assi u l-mudell tan-negozju tal-emittent; u

(b) 

l-iskattaturi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.