+Rekwiżiti ta’ rappurtar

Rekwiżiti ta’ rappurtar

Id-data mistennija tal-applikazzjoni ta’ dawn il- Linji Gwida konġunti hija l -jum tal-pubblikazzjoni tat-traduzzjonijiet fil- lingwi uffiċjali kollha tal - UE fi 17.02.2025. Barra minn hekk, l -awtoritajiet kompetenti huma mistennija jikkonformaw ma’ partijiet tal- Linji Gwida konġunti fi stadju aktar tard (fi żmien differenti meta d - dispożizzjonijiet jikkonċernaw persuni ġuridiċi jew fiżiċi), b’kont meħud taż - żmien meħtieġ biex tiddaħħal data storika fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE qabel ma tintuża s-Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE.

F’konformità mal- Artikoli 16(3) tar -Regolamenti ta’ Twaqqif, l-awtoritajiet kompetenti jridu jinnotifikaw lill- ASE rispettiva jekk jikkonformawx jew jekk għandhomx l -intenzjoni li jikkonformaw mal- Linji Gwida konġunti, jew inkella bir - raġunijiet għan -nuqqas ta’ konformità, sa 22.04.2025. Fin - nuqqas ta’ kwalunkwe notifika sa din l-iskadenza, l- awtoritajiet kompetenti se jiġu kkunsidrati mill - ASE rispettiva bħala mhux konformi. In - notifiki għandhom jintbagħtu lil [ compliance@eba.europa.eu , compliance@eiopa.europa.eu u compliance.fpsguidelines@esma.europa.eu ] bir- referenza “JC/GL/2024 88”. Mudell għan -notifiki huwa disponibbli fuq is-siti web tal- ASE. In - notifiki għandhom jiġu sottomessi minn persuni b'awtorità xierqa biex jirrappurtaw il-konformità f’isem l- awtoritajiet kompetenti tagħhom.

In- notifiki se jiġu ppubblikati fuq is -siti web tal- ASE, f’konformità mal -Artikoli 16(3) tar -Regolamenti ta’ Twaqqif.

Il- Linji Gwida konġunti se jkunu applikabbli matul il - proċedura ta’ konformità u spjegazzjoni, wara li jkunu diġà ġew ikkonsultati b’mod estensiv mal - awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, saru żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi, li spiċċaw fit - 2 ta’ Mejju 2023 u fil - 15 ta’ Jannar 2024, rispettivament. L - ASE kkollaboraw ukoll mal - Kontrollur Ewropew għall -Protezzjoni tad- Data , li l-opinjoni informali tiegħu ġiet ikkunsidrata. Dawn il - Linji Gwida konġunti huma meħtieġa għall - implimentazzjoni tal- Artikoli 31a tar-Regolamenti tal- ASE u huma indirizzati biss lill -awtoritajiet kompetenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.