+Prinċipji u kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi
---+30. Skont is-sofistikazzjoni tal- approċċ, ix - xenarji jistgħu jieħdu l - forma ta’ narrattivi …
---+31. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l - istess xenarji għall -entitajiet …
---+32. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - merti ta’ approċċ minn fuq għal isfel meta …
---+33. Meta jużaw approċċ minn isfel għal fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu …
---+34. Jista’ jiġi kkunsidrat approċċ ibridu, li jisfrutta l - punti b’saħħithom taż - żewġ …
---+35. Meta jiddeċiedu dwar il - livell ta’ granularità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom isibu …
---+36. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw id -dimensjonijiet …
---+37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar il - livell xieraq ta’ granularità tad - …
---+38. Għall - analiżi tal -fondi, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw, meta jkun …
---+39. Għat -testijiet tal-istress ESG, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jibdew billi jużaw approċċ …
---+40. Għal eżerċizzji b’orizzonti ta’ żmien fuq perjodi ta’ żmien medji sa twal, jista’ jiġi applikat …
---+41. Minħabba l - inċertezzi fir -rigward tal- perkorsi ta’ tranżizzjoni, l - iżviluppi tal …
---+42. Kwalunkwe azzjoni maniġerjali rikonoxxuta minn entitajiet finanzjarji għandha tiġi vvalutata …
---+43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu l -kampjun xieraq tal-entitajiet finanzjarji …
---+44. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll li jwettqu eżerċizzji mmirati dwar …
---+45. L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw prinċipji ta’ proporzjonalità, li jippermettu …
---+46. Minħabba l -istadju bikri tal- iżvilupp tal -immudellar tat-test tal-istress ESG u …
---+47. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu li l - mudelli kollha għandhom …
---+48. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi umani u materjali …
---+49. L- awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom kapaċitajiet ta’ ġestjoni u ġbir tad - data li …
---+50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skedi ta’ żmien xierqa għat - twettiq ta’ …
---+51. Il- proċess għandu jkun strutturat biex jiffaċilita l - analiżi effiċjenti, il -komunikazzjoni …
---+52. Għal eżerċizzji minn fuq għal isfel, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddependu, kemm …
---+53. Fejn jeżistu lakuni fid - data , l- awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l - użu ta’ …
---+54. Għandu jiġi implimentat proċess rigoruż ta’ assigurazzjoni tal - kwalità biex jiġu vverifikati …
---+55. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu djalogu effettiv u strutturat mal -entitajiet …
---+56. Fejn rilevanti u possibbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw bejn il- …
|
Prinċipji u kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi
Prinċipji u kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
30. Skont is-sofistikazzjoni tal- approċċ, ix - xenarji jistgħu jieħdu l - forma ta’ narrattivi …
|
Skont is-sofistikazzjoni tal- approċċ, ix - xenarji jistgħu jieħdu l - forma ta’ narrattivi sempliċi jew projezzjonijiet kwantitattivi aktar dettaljati.
|
|
31. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l - istess xenarji għall -entitajiet …
|
L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l - istess xenarji għall -entitajiet finanzjarji kollha għall - komparabbiltà jew li jfasslu xenarji għal kategoriji speċifiċi ta’ entitajiet finanzjarji, filwaqt li jqisu l-profili tar-riskju u l-mudelli tan- negozju tagħhom. Approċċ minn fuq għal isfel vs approċċ minn isfel għal fuq
|
|
32. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - merti ta’ approċċ minn fuq għal isfel meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - merti ta’ approċċ minn fuq għal isfel meta mqabbel ma’ approċċ minn isfel għal fuq, u jagħżlu l -metodu l- aktar xieraq ibbażat fuq l -objettivi speċifiċi, il -maturità tal-entitajiet finanzjarji fl-ittestjar tal-istress ESG, u n-natura tal-iskoperturi koperti mill-valutazzjoni, filwaqt li jqisu l- kunsiderazzjonijiet li ġejjin: - ▪ Approċċ minn fuq għal isfel, fejn l - awtoritajiet kompetenti jikkalkulaw ċentralment l-impatti tax-xenarji tat-test tal- istress, jiżgura ċertu grad ta’ komparabbiltà fost l -entitajiet finanzjarji u jipprovdi lill- awtoritajiet kompetenti b’kontroll aktar b’saħħtu fuq il - proċess u l- metodoloġija, filwaqt li jnaqqas il - piż għall -industrija.
- ▪ Approċċ minn isfel għal fuq, fejn l -entitajiet finanzjarji jikkalkulaw l-impatt tax-xenarji tat-testijiet tal- istress huma stess, joffri livell ogħla ta’ granularità, li jippermetti li jiġu koperti elementi idjosinkratiċi speċifiċi għal xi portafolli, kont ropartijiet u skoperturi. Dan irawwem ukoll involviment akbar fil- proċess tal -ittestjar tal- istress u jgħin biex jissaħħaħ il-bini tal- kapaċità tal -entitajiet finanzjarji.
|
|
33. Meta jużaw approċċ minn isfel għal fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu …
|
Meta jużaw approċċ minn isfel għal fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu oqfsa metodoloġiċi ċari biex jiżguraw konsistenza u kundizzjonijiet ekwi fost l -entitajiet finanzjarji, inklużi kunsiderazzjonijiet ta’ proporzjonalità fir -rigward tal-aspettattivi dwar is-sofistikazzjoni tal-kalkolu tal- impatt tagħhom.
|
|
34. Jista’ jiġi kkunsidrat approċċ ibridu, li jisfrutta l - punti b’saħħithom taż - żewġ …
|
Jista’ jiġi kkunsidrat approċċ ibridu, li jisfrutta l - punti b’saħħithom taż - żewġ metodoloġiji. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu dwar l - approċċ xieraq ibbażat fuq id -disponibbiltà tad- data u s-sjieda tal- mudell, filwaqt li jqisu li portafolli jew attivitajiet speċifiċi, bħal pereżempju r- riskju ta’ sottoskrizzjoni, jistgħu jirrikjedu data u mmudellar aktar dettaljati milli fattibbli skont approċċ minn fuq għal isfel. Livell ta’ granularità
|
|
35. Meta jiddeċiedu dwar il - livell ta’ granularità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom isibu …
|
Meta jiddeċiedu dwar il - livell ta’ granularità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom isibu bilanċ xieraq bejn is- sempliċità u l - preċiżjoni, filwaqt li jqisu d -disponibbiltà, il-kwalità u l-maturità metodoloġika tad - data . Tista’ tkun meħtieġa data aktar granulari biex, pereżempju, jiġu identifikati b’mod xieraq l -impatti fil- livell ta’ attività jew ta’ entità tar - riskju ta’ tranżizzjoni jew l- impatti reġjonali/lokali tar - riskji fiżiċi.
|
|
36. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw id -dimensjonijiet …
|
Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw id -dimensjonijiet tal-granularità li ġejjin: - a. Livell tal-portafoll: Differenzjazzjoni skont il-klassi tal- assi (eż. self korporattiv, ipoteki, skoperturi sovrani, parteċipazzjonijiet ta’ ekwità u bonds korporattivi).
- b. Livell settorjali: Klassifikazzjoni bbażata fuq is -settur tal- industrija (eż. industriji b’livell għoli ta’ karbonju, enerġija, proprjetà immobbli, agrikoltura). Għal setturi speċifiċi tista’ tiġi esplorata granularità ogħla (eż., l - enerġija elettrika, is - settur affettwat minn teknoloġija rivoluzzjonarja, l- industriji bbażati fuq il - fjuwils fossili). Għall - proprjetà immobbli, tista’ tiġi esplorata d- distinzjoni bejn skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali.
- c. Livell ġeografiku: Distinzjoni skont ir - reġjun (eż. livell NUTS 3) biex tiġi vvalutata l -iskopertura għal riskji ESG speċifiċi għall - post, b’mod partikolari riskji fiżiċi.
- d. Livell tal- kontroparti: Granularità minn debitur individwali jew gruppi ta’ debituri fejn ir -riskji ta’ konċentrazzjoni huma sinifikanti.
- e. Kategorija tar-riskju: Identifikazzjoni separata tar- riskji fiżiċi (perikli klimatiċi akuti u kroniċi), ir- riskji ta’ tranżizzjoni (bidliet fil -politika, fit- teknoloġija u fis - suq), u fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza oħra (eż. telf tal -bijodive rsità, tniġġis, riskji soċjali u ta’ governanza).
|
|
37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar il - livell xieraq ta’ granularità tad - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar il - livell xieraq ta’ granularità tad - data skont it- tip ta’ assi/portafoll u l -objettiv tal- eżerċizzju. Pereżempju, għall -iskoperturi sovrani, il-livell tal- pajjiż jista’ jkun biżżejjed, filwaqt li għall -portafolli tas-self jew tas- sottoskrizzjoni għandha tiġi esplorata tal-inqas il- granularità reġjonali sad - data tal- ġeolokalizzazzjoni biex jiġi vvalutat ir -riskju fiżiku.
|
|
38. Għall - analiżi tal -fondi, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw, meta jkun …
|
Għall - analiżi tal -fondi, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw, meta jkun possibbli u konsistenti mar-regolament settorjali applikabbli permezz tal- użu ta’ approċċ ta’ trasparenza fir-rigward tal- parteċipazzjonijiet ta’ fondi. Suppożizzjonijiet tal -karta tal- bilanċ
|
|
39. Għat -testijiet tal-istress ESG, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jibdew billi jużaw approċċ …
|
Għat -testijiet tal-istress ESG, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jibdew billi jużaw approċċ statiku tal-karta tal- bilanċ, li huwa applikat b’mod komuni f’testijiet tal -istress tradizzjonali. Madankollu, huma jistgħu jikkunsidraw l -impatti strutturali tal- pjan ta’ tranżizzjoni tal -entitajiet finanzjarji, fejn fattibbli u applikabbli, skont il- perjodu ta’ żmien.
|
|
40. Għal eżerċizzji b’orizzonti ta’ żmien fuq perjodi ta’ żmien medji sa twal, jista’ jiġi applikat …
|
Għal eżerċizzji b’orizzonti ta’ żmien fuq perjodi ta’ żmien medji sa twal, jista’ jiġi applikat approċċ dinamiku tal-karta tal- bilanċ (bir - restrizzjonijiet jew mingħajrhom) biex jiġi żgurat aktar realiżmu, li potenzjalment jiffoka fuq l-entrati ewlenin tal-karta tal- bilanċ, u jirrifletti bidliet fil- kompożizzjoni tal - portafoll (skoperturi li qed jevolvu, riallokazzjonijiet ta’ assi u azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tar- riskju b’reazzjoni għal xokkijiet relatati mal -ESG).
|
|
41. Minħabba l - inċertezzi fir -rigward tal- perkorsi ta’ tranżizzjoni, l - iżviluppi tal …
|
Minħabba l - inċertezzi fir -rigward tal- perkorsi ta’ tranżizzjoni, l - iżviluppi tal -politika, u r-reazzjonijiet tas-suq, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jirrikjedu li l -entitajiet finanzjarji jiġġustifikaw ir - reazzjonijiet ippjanati tagħhom, filwaqt li jiżguraw li l - aġġustamenti fil-karta tal- bilanċ — bħar -riallokazzjoni tal-portafoll, il-bidliet fil- politiki ta’ self jew sottoskrizzjoni, jew bidliet fl- istrutturi ta’ finanzjament — ikunu realistiċi u konsistenti mal- istrateġiji ta’ tranżizzjoni żvelati b’mod pubbliku tagħhom.
|
|
42. Kwalunkwe azzjoni maniġerjali rikonoxxuta minn entitajiet finanzjarji għandha tiġi vvalutata …
|
Kwalunkwe azzjoni maniġerjali rikonoxxuta minn entitajiet finanzjarji għandha tiġi vvalutata abbażi tal -fattibbiltà, il-puntwalità u l- konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati tagħhom, filwaqt li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq suppożizzjonijiet otti misti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li approċċ dinamiku tal -karta tal- bilanċ b’restrizzjonijiet isaħħaħ ir - realiżmu u n- natura li tħares ’il quddiem tat -testijiet tal-istress ESG permezz tal- inkorporazzjoni ta’ pjanijiet kredibbli u risponsi maniġerjali, filwaqt li jinżammu salvagwardji minimi kontra flessibbiltà eċċessiva fis - suppożizzjonijiet u tissaħħaħ il -komparabbiltà fir- riżultati tat -testijiet tal-istress. Kampjun ta’ entitajiet finanzjarji
|
|
43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu l -kampjun xieraq tal-entitajiet finanzjarji …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu l -kampjun xieraq tal-entitajiet finanzjarji biex jipparteċipaw fl -ittestjar tal-istress ESG u/jew fl- analiżi tax - xenarji ESG, filwaqt li jiżguraw kopertura settorjali/tas- suq suffiċjenti, b’kont meħud tal -obj ettivi speċifikati u, fil - każ ta’ valutazzjonijiet tematiċi, il -fokus tal- eżerċizzju. Id -disinn tat-test tal- istress għandu jiġi adattat, fejn meħtieġ, biex jirrifletti l - karatteristiċi ta’ kategoriji differenti ta’ entitajiet finanzjarji.
|
|
44. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll li jwettqu eżerċizzji mmirati dwar …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll li jwettqu eżerċizzji mmirati dwar subsettijiet speċifiċi ta’ entitajiet biex jindirizzaw vulnerabbiltajiet partikolari jew xejriet tar -riskji ESG li qed jevolvu. Proporzjonalità
|
|
45. L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw prinċipji ta’ proporzjonalità, li jippermettu …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw prinċipji ta’ proporzjonalità, li jippermettu simplifikazzjonijiet metodoloġiċi fir -rigward tad-daqs, in-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji, kif ukoll il-materjalità tar-riskji. Il- prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jestendi għar - rekwiżiti ta’ rapportar, id -disinn tax-xenarju, u l- aspettattivi ta’ mmudellar, filwaqt li jiżgura bilanċ adegwat bejn ir -robustezza analitika u l-fattibbiltà prattika.
|
|
46. Minħabba l -istadju bikri tal- iżvilupp tal -immudellar tat-test tal-istress ESG u …
|
Minħabba l -istadju bikri tal- iżvilupp tal -immudellar tat-test tal-istress ESG u d-disponibbiltà tad- data , l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw li jillimitaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal- analiżi, filwaqt li jiżguraw bilanċ adegwat bejn il -kostijiet u l- benefiċċji kemm għall -awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall -entitajiet finanzjarji. Limitazzjonijiet tal-mudell
|
|
47. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu li l - mudelli kollha għandhom …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu li l - mudelli kollha għandhom limitazzjonijiet inerenti, u dan japplika b’mod speċjali għall -mudelli ESG li qed jevolvu. Fil- każ ta’ test tal -istress minn isfel għal fuq, biex jittaffew dawn il -limitazzjonijiet, u biex jittejbu r-robustezza u l-kredibbiltà tal-ittestjar tal-istress ESG u l- analiżi tar - reżiljenza, huma għandhom jużaw analiżi komplementari għall -kontrovalidazzjoni tar- riżultati u jiżguraw il - plawżibbiltà tagħhom, jużaw tekniki ta’ valutazzjoni ko mparattiva, u jagħmlu kontrovalidazzjoni tar - riżultati b’metodoloġiji alternattivi.
|
|
48. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi umani u materjali …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi umani u materjali suffiċjenti u adegwati għall - proċess. Dan jinkludi involviment permanenti jew ad hoc ta’ persunal b’għarfien espert fil-valutazzjoni tar-riskji ESG, il- metodoloġiji tal -ittestjar tal-istress, u s- superviżjoni finanzjarja.
|
|
49. L- awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom kapaċitajiet ta’ ġestjoni u ġbir tad - data li …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom kapaċitajiet ta’ ġestjoni u ġbir tad - data li jappoġġaw l- aċċess għal data ESG ta’ kwalità għolja. Għandhom jiżviluppaw u jżommu wkoll infrastruttura tal-IT li tippermetti l- ġbir effiċjenti tad - data , id- determinazzjoni ta’ xenarju adegwat, u l - analiżi tar- riżultati. Skedi ta’ żmien għall - eżerċizzju
|
|
50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skedi ta’ żmien xierqa għat - twettiq ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skedi ta’ żmien xierqa għat - twettiq ta’ testijiet tal- istress ESG u analiżijiet tax - xenarji, filwaqt li jibbilanċjaw il - ħtieġa għall -kompletezza u l- preċiżjoni mar - rekwiżiti tal - proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet. L - entitajiet finanzjarji għandhom jingħataw biżżejjed żmien ta’ tħejjija biex jikkompilaw informazzjoni rilevanti u jwettqu l- valutazzjonijiet tagħhom filwaqt li jippermettu lill - awtoritajiet kompetenti jwettqu rieżami komprensiv u jiżguraw rapportar preċiż.
|
|
51. Il- proċess għandu jkun strutturat biex jiffaċilita l - analiżi effiċjenti, il -komunikazzjoni …
|
Il- proċess għandu jkun strutturat biex jiffaċilita l - analiżi effiċjenti, il -komunikazzjoni konsistenti tas-sejbiet, u l-integrazzjoni fil- qafas superviżorju usa’. Ġbir tad - data
|
|
52. Għal eżerċizzji minn fuq għal isfel, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddependu, kemm …
|
Għal eżerċizzji minn fuq għal isfel, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddependu, kemm jista’ jkun, fuq ir-rapportar regolatorju u jingranaw l- oqfsa ta’ divulgazzjoni eżistenti u r - riżorsi esterni fejn rilevanti. Huma jistgħu jikkunsidraw il - ġbir tad - data ad hoc bħala sors komplementari meħtieġ ta’ informazzjoni. L - informazzjoni miġbura għandha tkun limitata għal dik użata għall - analiżijiet u l-validazzjoni.
|
|
53. Fejn jeżistu lakuni fid - data , l- awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l - użu ta’ …
|
Fejn jeżistu lakuni fid - data , l- awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l - użu ta’ indikaturi raġonevoli, stimi u ġudizzju espert, filwaqt li jħeġġu lill -entitajiet finanzjarji jtejbu l- kapaċitajiet interni tad- data maż - żmien. Proċess ta’ assigurazzjoni tal -kwalità
|
|
54. Għandu jiġi implimentat proċess rigoruż ta’ assigurazzjoni tal - kwalità biex jiġu vverifikati …
|
Għandu jiġi implimentat proċess rigoruż ta’ assigurazzjoni tal - kwalità biex jiġu vverifikati l- preċiżjoni, il -konsistenza u l-affidabbiltà tar- riżultati tat -testijiet tal-istress. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rieżami (eż. valutazzjoni komparattiva jew rieżamijiet bejn il -pari) biex jivvalutaw il-kwalità tad- data , ir-robustezza tal- metodoloġija, u, fejn xieraq, l-adegwatezza tax- xenarju. Fejn meħtieġ, il - ġudizzju espert għandu jikkomplementa s-sejbiet kwantitattivi biex jittaffew il-limitazzjonijiet tal-mudell. Djalogu effettiv ma’ entitajiet finanzjarji
|
|
55. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu djalogu effettiv u strutturat mal -entitajiet …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu djalogu effettiv u strutturat mal -entitajiet finanzjarji matul il- proċess kollu tal -ittestjar tal-istress. Dan jinkludi l- għoti ta’ gwida ċara dwar l-aspettattivi, l- iffaċilitar tal -involviment fi stadji ewlenin, u l- iżgurar li l -entitajiet finanzjarji jkollhom l- opportunità li jiċċaraw l - aspetti metodoloġiċi. L - interazzjoni regolari se ssaħħaħ il-kredibbiltà tal- eżerċizzju u ttejjeb il - kapaċità tal -entitajiet finanzjarji li jinkorporaw kunsiderazzjonijiet tar-riskju ESG fl-oqfsa tal- ġestjoni tar - riskju tagħhom stess. Koordinazzjoni transfruntiera u fis-sistema kollha
|
|
56. Fejn rilevanti u possibbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw bejn il- …
|
Fejn rilevanti u possibbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw bejn il- ġuriżdizzjonijiet biex jippermettu approċċ armonizzat għall -ittestjar tal- istress ESG għall -gruppi finanzjarji transfruntiera. Dan jinkludi kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji oħra biex jiġu allinjati l- metodoloġiji, jiġu kondiviżi l - aħjar prattiki, u tiġi evitata l -frammentazzjoni regolatorja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|