+Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
|
Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri xierqa, proporzjonati għan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u għad-daqs tagħhom, sabiex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li għalihom ikunu esposti, kif ukoll ir-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, filwaqt li jqisu mill-inqas:
|
(a)
|
il-varjabbli tar-riskju stabbiliti fl-Anness I u l-fatturi tar-riskju stabbiliti fl-Annessi II u III;
|
|
(b)
|
is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;
|
|
(c)
|
is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, kif ukoll ta’ kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju rilevanti speċifika għas-settur u mwettqa mill-Istati Membri;
|
|
(d)
|
informazzjoni rilevanti ppubblikata minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-AML/CFT jew, fil-livell tal-Unjoni,il- pubblikazzjonijiet rilevanti mill-Kummissjoni jew mill-AMLA;
|
|
(e)
|
informazzjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti;
|
|
(f)
|
informazzjoni dwar il-klijentela.
|
Qabel jitnedew prodotti, servizzi jew prattiki kummerċjali ġodda, inkluż l-użu ta’ kanali ta’ konsenja ġodda u teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati, flimkien ma’ prodotti u servizzi ġodda jew preeżistenti jew qabel ma jibdew jipprovdu servizz jew prodott eżistenti lil segment ġdid ta’ klijenti jew f’żona ġeografika ġdida, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jidentifikaw u jivvalutaw, b’mod partikolari, ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u jieħdu miżuri xierqa biex jimmaniġġjaw u jtaffu dawk ir-riskji.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ddokumentata, miżmuma aġġornata u rieżaminata regolarment, inkluż meta kwalunkwe avveniment intern jew estern jaffettwa b’mod sinifikanti r-riskji tal-ħasil tal-flus jew u finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-attivitajiet, il-prodotti, it-tranżazzjonijiet, il-kanali tal-konsenja, il-klijenti jew iż-żoni ġeografiċi tal-attivitajiet tal-entità marbuta b’obbligu. Din għandha tkun disponibbli għas-superviżuri fuq talba.
Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju għandha titfassal mill-uffiċjal għall-konformità u tiġi approvata mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u, fejn ikun jeżisti tali korp, tiġi kkomunikata lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Bl-eċċezzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-fornituri u intermedjarji ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, is-superviżuri jistgħu jiddeċiedu li ċerti valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tan-negozju ddokumentati ma jkunux meħtieġa, fejn ir-riskji speċifiċi inerenti fis-settur ikunu ċari u mifhumin.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1, u dwar is-sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni li għandhom jitqiesu meta titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|