+Artikolu 18 Esternalizzazzjoni
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7
---+Artikolu 18 8

Artikolu 18 Esternalizzazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jesternalizzaw kompiti li jirriżultaw mir-Regolament lil fornituri ta’ servizzi. L-entità marbuta b’obbligu għandha tinnotifika lis-superviżur bl-esternalizzazzjoni qabel ma l-fornitur tas-servizzi jibda jwettaq il-kompiti esternalizzati.

Artikolu 18 2

2.   Meta jwettaq kompiti skont dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu bħala parti mill-entità marbuta b’obbligu, inkluż meta jkunu meħtieġa jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 (“reġistri ċentrali”) għall-finijiet tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’isem l-entità marbuta b’obbligu.

L-entità marbuta b’obbligu għandha tibqa’ kompletament responsabbli għal kwalunkwe azzjoni, kemm jekk att ta’ kummissjoni kif ukoll jekk ta’ ommissjoni, marbuta mal-kompiti esternalizzati li jitwettqu minn fornituri tas-servizzi.

Għal kull kompitu esternalizzat, l-entità marbuta b’obbligu għandha tkun tista’ turi lis-superviżur li tifhem ir-raġunament wara l-attivitajiet imwettqa mill-fornitur tas-servizzi u l-approċċ segwit fl-implimentazzjoni tagħhom, u li tali attivitajiet itaffu r-riskji speċifiċi li għalihom tkun esposta l-entità marbuta b’obbligu.

Artikolu 18 3

3.   Il-kompiti esternalizzati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jitwettqu b’tali mod li jfixklu materjalment il-kwalità tal-politiki u l-proċeduri tal-entità marbuta b’obbligu sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2023/1113, u tal-kontrolli fis-seħħ biex jiġu ttestjati dawk il-politiki u l-proċeduri. Il-kompiti li ġejjin ma għandhom jiġu esternalizzati taħt l-ebda ċirkostanza:

(a)

il-proposta u l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 10(2);

(b)

l-approvazzjoni tal-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 9;

(c)

deċiżjoni dwar il-profil tar-riskju li għandu jiġi attribwit lill-klijent;

(d)

id-deċiżjoni li tidħol f’relazzjoni tan-negozju jew twettaq tranżazzjoni okkażjonali ma’ klijent;

(e)

ir-rapportar lill-FIU ta’ attivitajiet suspettużi skont l-Artikolu 69 jew rapporti bbażati fuq livell limitu skont l-Artikolu 74 u 80, ħlief meta tali attivitajiet jiġu esternalizzati lil entità oħra marbuta b’obbligu li tappartjeni għall-istess grupp u stabbilita fl-istess Stat Membru;

(f)

l-approvazzjoni ta’ kriterji għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet u ta’ attivitajiet suspettużi jew mhux tas-soltu.

Artikolu 18 4

4.   Qabel ma entità marbuta b’obbligu testernalizza kompitu skont il-paragrafu 1, hija għandha taċċerta ruħha li l-fornitur tas-servizzi jkun ikkwalifikat biżżejjed biex iwettaq il-kompiti li għandhom jiġu esternalizzati.

Meta entità marbuta b’obbligu testernalizza kompitu skont il-paragrafu 1, hija għandha tiżgura li l-fornitur tas-servizzi, kif ukoll kwalunkwe fornitur tas-servizzi sussegwenti f’każ ta’ subesternalizzazzjoni, japplikaw il-miżuri u l-proċeduri adottati mill-entità marbuta b’obbligu. Il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ tali kompiti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bil-miktub bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-fornitur tas-servizzi. L-entità marbuta b’obbligu għandha twettaq kontrolli regolari sabiex taċċerta l-implimentazzjoni effettiva ta’ tali politiki u proċeduri tal-fornitur tas-servizzi. Il-frekwenza ta’ tali kontrolli għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tan-natura kritika tal-kompiti esternalizzati.

Artikolu 18 5

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ma ssirx b’tali mod li xxekkel materjalment il-kapaċità tal-awtoritajiet superviżorji li jimmonitorjaw u jirritraċċaw il-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2023/1113.

Artikolu 18 6

6.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jesternalizzaw kompiti li jirriżultaw mir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament lil fornituri ta’ servizzi residenti jew stabbiliti f’pajjiżi terzi identifikati skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu III, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-entità marbuta b’obbligu testernalizza kompiti biss lil fornitur tas-servizzi li huwa parti mill-istess grupp;

(b)

il-grupp japplika politiki u proċeduri dwar l-AML/CFT, miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u regoli dwar iż-żamma ta’ rekords li jkunu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament, jew ma’ regoli ekwivalenti f’pajjiżi terzi;

(c)

l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (b) ta’dan il-paragrafu tkun issorveljata fil-livell tal-grupp mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

Artikolu 18 7

7.   B’deroga mill-paragrafu 3, fejn impriża ta’ investiment kollettiv m’għandhiex personalità ġuridika, jew ikollha biss bord tad-diretturi u tkun iddelegat l-ipproċessar ta’ sottoskrizzjonijiet u l-ġbir ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 4, punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 minn investituri lil entità oħra, tista’ jesternalizza l-kompitu msemmi fil-paragrafu 3, punti (c), (d) u (e) lil wieħed mill-fornituri tas-servizzi tagħha.

L-esternalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ sseħħ biss wara li l-impriża ta’ investiment kollettiv tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li jesternalizza l-kompitu lis-superviżur skont il-paragrafu 1, u s-superviżur ikun approva tali esternalizzazzjoni b’kont meħud:

(a)

ir-riżorsi, l-esperjenza u l-għarfien tal-fornitur tas-servizz fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

l-għarfien tal-fornitur tas-servizz tat-tip ta’ attivitajiet jew tranżazzjonijiet imwettqa mill-impriża ta’ investiment kollettiv.

Artikolu 18 8

8.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-entitajiet marbutin b’obbligu dwar:

(a)

l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe relazzjoni sussegwenti ta’ esternalizzazzjoni, f’konformità ma, dan l-Artikolu, il-governanza u l-proċeduri tagħhom għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet mill-fornitur tas-servizzi, u b’mod partikolari dawk il-funzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala kritiċi;

(b)

ir-rwoli u r-responsabbiltà tal-entità marbuta b’obbligu u l-fornitur tas-servizzi fi ħdan ftehim ta’ esternalizzazzjoni;

(c)

approċċi superviżorji għall-esternalizzazzjoni kif ukoll l-aspettattivi superviżorji rigward l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.