+Artikolu 24 Rappurtar ta’ diskrepanzi ma’ informazzjoni li tinsab fir-reġistri tas-sjieda benefiċjarja
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
|
Artikolu 24 Rappurtar ta’ diskrepanzi ma’ informazzjoni li tinsab fir-reġistri tas-sjieda benefiċjarja
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. L-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jirrappurtaw lir-reġistri ċentrali kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni li jiġbru skont l-Artikolu 20(1), il-punt (b), u l-Artikolu 22(7).
Id-diskrepanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rrappurtati mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 14-il jum kalendarju wara l-iskoperta tagħhom. Meta jirrappurtaw tali diskrepanzi, entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jakkumpanjaw ir-rapporti tagħhom bl-informazzjoni li kisbu li tindika d-diskrepanza u min iqisu bħala s-sidien benefiċjarji u, fejn applikabbli, l-azzjonisti nominati u d-diretturi nominati li għandhom ikunu u għaliex.
|
|
Artikolu 24 2
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu joqogħdu lura milli jirrapportaw diskrepanzi lir-reġistru ċentrali u jistgħu minflok jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-klijenti fejn id-diskrepanzi identifikati:
|
(a)
|
huma limitati għal żbalji tipografiċi, modi differenti ta’ traslitterazzjoni, jew ineżattezzi minuri li ma jaffettwawx l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji jew il-pożizzjoni tagħhom; jew
|
|
(b)
|
huma riżultat ta’ data skaduta, iżda s-sidien benefiċjarji huma magħrufa mill-entità marbuta b’obbligu minn sors affidabbli ieħor u m’hemm l-ebda raġuni għal suspett li hemm intenzjoni li tinħeba kwalunkwe informazzjoni, u
|
Meta entità marbuta b’obbligu tikkonkludi li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fir-reġistru ċentrali ma tkunx korretta, hija għandha tistieden lill-klijenti biex jippreżentaw l-informazzjoni korretta lir-reġistru ċentrali skont l-Artikoli 63, 64 u 67 mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum kalendarju.
Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal każijiet ta’ riskju ogħla li għalihom japplikaw il-miżuri taħt it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Fejn klijent ma jkunx ippreżenta l-informazzjoni korretta fiż-żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, l-entità marbuta b’obbligu għandha tirrapporta d-diskrepanza lir-reġistru ċentrali f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal nutara, avukati, professjonisti legali indipendenti oħra, awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa fir-rigward ta’ informazzjoni li jirċievu minn, jew jiksbu fuq, klijent, waqt li jaċċertaw il-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent , jew iwettqu l-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrapreżentaw lil dak il-klijent fi, jew jikkonċernaw, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż li jipprovdu pariri dwar l-istitwizzjoni jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, irrispettivament minn jekk tali informazzjoni tiġi riċevuta jew miksuba qabel, matul jew wara tali proċedimenti.
Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jipprovdu parir legali fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|