+Artikolu 34 Kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
---+Artikolu 34 4
---+Artikolu 34 5
---+Artikolu 34 6
---+Artikolu 34 7
---+Artikolu 34 8
|
Artikolu 34 Kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 29, 30, 31 u 36 sa 46, kif ukoll f’każijiet oħrajn ta’ riskju ogħla li huma identifikati mill-entitajiet marbutin b’obbligu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta sabiex jimmaniġġaw u jtaffu tali riskji b’mod xieraq.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jeżaminaw l-oriġini u d-destinazzjoni tal-fondi involuti fit-tranżazzjonijiet kollha u l-iskop tat-tali tranżazzjonijiet li jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
it-tranżazzjoni jkun ta’ natura kumplessa;
|
|
(b)
|
it-tranżazzjoni jkun kbir b’mod mhux tas-soltu;
|
|
(c)
|
it-tranżazzjoni jitwettaq f’xejra mhux tas-soltu;
|
|
(d)
|
it-tranżazzjoni ma jidhirx li għandu skop ekonomiku jew legali apparenti.
|
|
|
Artikolu 34 3
|
3. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, meta jiġu vvalutati r-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu ppreżentati minn relazzjoni tan-negozju jew minn tranżazzjoni okkażjonali, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu tal-anqas il-fatturi ta’ riskju potenzjali ogħla stabbiliti fl-Anness III u l-linji gwida adottati mill-AMLA skont l-Artikolu 32, kif ukoll kwalunkwe indikatur ieħor ta’ riskju ogħla bħan-notifiki maħruġa mill-FIU u s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju skont l-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 34 4
|
4. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, f’każijiet ta’ riskju ogħla, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, proporzjonati għar-riskji ogħla identifikati, li jistgħu jinkludu l- miżuri li ġejjin.
|
(a)
|
il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq il-klijent u fuq is-sid(ien) benefiċjarju/i;
|
|
(b)
|
il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq in-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju;
|
|
(c)
|
il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq is-sors tal-fondi u s-sors tal-ġid tal-klijent u tas-sid(ien) benefiċjarju/i;
|
|
(d)
|
il-kisba ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għat-tranżazzjonijiet maħsubin jew imwettqin u l-konsistenza tagħhom mar-relazzjoni tan-negozju;
|
|
(e)
|
il-kisba tal-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għall-istabbiliment jew għat-tkomplija tar-relazzjoni tan-negozju;
|
|
(f)
|
it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tar-relazzjoni tan-negozju b’żieda fin-numru u fit-twaqqit tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ tipi tat-tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżaminazzjoni ulterjuri;
|
|
(g)
|
it-talba li l-ewwel pagament jitwettaq permezz ta’ kont f’isem il-klijent ma’ istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal standards ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti li ma jkunux anqas robusti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 34 5
|
5. Minbarra l-paragrafu 4, meta relazzjoni tan-negozju li tiġi identifikata bħala li għandha riskju ogħla tinvolvi l-immaniġġar ta’ assi b’valur ta’ mill-inqas EUR 5 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew barranija, permezz ta’ servizzi personalizzati għal klijent li jkollu assi totali b’ valur ta’ mill-inqas EUR 50 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew barranija, kemm f’assi finanzjarji, investibbli jew ta’ proprjetà immobbli, jew taħlita tagħhom, eskluża r-residenza privata ta’ dak il-klijent, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji u l-fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji għandhom japplikaw il-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta li ġejjin, minbarra kwalunkwe miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta applikata skont il-paragrafu 4:
|
(a)
|
miżuri u speċifiċi inkluż proċeduri biex jittaffew ir-riskji assoċjati ma’ servizzi u prodotti personalizzati offruti lil dak il-klijent;
|
|
(b)
|
il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali dwar is-sors tal-fondi ta’ dak il-klijent;
|
|
(c)
|
il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess bejn il-klijent u l-maniġment superjuri jew l-impjegati tal-entità marbuta b’obbligu li jwettqu kompiti relatati mal-konformità ta’ dik l-entità marbuta b’obbligu fir-rigward ta’ dak il-klijent.
|
Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-istituzzjonijiet finanzjarji u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji sabiex jiġi stabbilit jekk klijent għandux assi totali b’valur ta’ mill-inqas ‘ EUR 50 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew barranija, f’assi finanzjarji, investibbli jew ta’ proprjetà immobbli u kif għandu jiġi ddeterminat dak il-valur.
|
|
Artikolu 34 6
|
6. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, fejn l-Istati Membri jidentifikaw każijiet ta’ riskju ogħla skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, inkluż b’riżultat ta’ valutazzjonijiet tar-riskju settorjali mwettqa mill-Istati Membri, huma jistgħu jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta u, fejn xieraq, jispeċifikaw dawk il-miżuri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AMLA bid-deċiżjonijiet tagħhom li jimponu rekwiżiti msaħħa dwar id-diliġenza dovuta fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fit-territorju tagħhom fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom, flimkien ma’ ġustifikazzjoni tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li fuqhom tkun ibbażata tali deċiżjoni.
Meta r-riskji identifikati minn Stati Membri skont l-ewwel subparagrafu x’aktarx jirriżultaw minn barra l-Unjoni u jistgħu jaffettwaw is-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-AMLA għandha, fuq talba mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tikkunsidra li taġġorna l-linji gwida adottati skont l-Artikolu 32.
|
|
Artikolu 34 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex tissupplimenta dan ir-Regolament meta tidentifika każijiet addizzjonali ta’ riskju ogħla kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jaffettwaw lill-Unjoni kollha kemm hi u miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw f’dawk il-każijiet, filwaqt li jitqiesu n-notifiki mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 34 8
|
8. Il-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta ma għandhomx jiġu invokati b’mod awtomatiku fir-rigward ta’ fergħat jew ta’ sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fl-Unjoni li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 fejn dawk il-fergħat jew sussidjarji jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli li japplikaw għall-grupp kollu f’konformità mal-Artikolu 17.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|