+Artikolu 47 Speċifikazzjonijiet għas-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti
---+Artikolu 47 (a)
---+Artikolu 47 (b)
---+Artikolu 47 2
|
Artikolu 47 Speċifikazzjonijiet għas-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti
Għal negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti meħtieġa għall-klijent u għas-sid benefiċjarju, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq il-benefiċjarji tal-poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja u ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti, hekk kif il-benefiċjarji jiġu identifikati jew deżinjati:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 (a)
|
fil-każ ta’ benefiċjarji li jiġu identifikati bħala persuni jew arranġamenti ġuridiċi msemmijin b’mod speċifiku, it-teħid ta’ isem il-persuna jew tal-arranġament;
|
|
Artikolu 47 (b)
|
fil-każ ta’ benefiċjarji li jkunu deżinjati skont il-karatteristiċi jew il-klassi jew b’mezzi oħrajn, billi tinkiseb biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-benefiċjarji sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż.
|
|
Artikolu 47 2
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-verifika tal-identità tal-benefiċjarji u, fejn rilevanti, tas-sidien benefiċjarji tagħhom għandha ssir fil-mument tal-iżborż. Fil-każ ta’ ċessjoni, sħiħa jew b’mod parzjali, ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti, lil parti terza, l-entitajiet marbutin b’obbligu konxji miċ-ċessjoni għandhom jidentifikaw lis-sid benefiċjarju fil-mument taċ-ċessjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika jew l-arranġament ġuridiku li jirċievu għall-benefiċċju tagħhom stess il-valur tal-polza assenjata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|