+Artikolu 70 Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ suspett minn ċerti kategoriji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu
---+Artikolu 70 1
---+Artikolu 70 2
---+Artikolu 70 3

Artikolu 70 Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ suspett minn ċerti kategoriji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 69(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet marbutin b’obbligu msemmijin fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a)  u (b), jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(1) lil korp awtoregolatorju maħtur mill-Istat Membru.

Il-korp awtoregolatorju maħtur għandu jgħaddi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-FIU minnufih u mingħajr filtri.

Artikolu 70 2

2.   In-nutara, l-avukati, professjonisti legali indipendenti oħrajn, l-awdituri, il-kontabilisti esterni u l-konsulenti tat-taxxa għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 69(1) sa fejn dik l-eżenzjoni tkun relatata ma’ informazzjoni li huma jirċievu mingħand, jew jiksbu dwar, klijent, matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent, jew it-twettiq tal-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi, jew dwar, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-bidu jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, irrispettivament minn jekk dik l-informazzjoni tkun riċevuta jew tinkiseb qabel, matul jew wara tali proċedimenti.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fih:

(a)

jieħdu sehem f’ħasil tal-flus, fir-reati predikati tiegħu jew fil-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jipprovdu pariri legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; jew

(c)

ikunu jafu li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; l-għarfien jew l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.

Artikolu 70 3

3.   Minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, fejn ġustifikat abbażi tar-riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ ċerti tipi ta’ tranżazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ma tapplikax għal dawk it-tipi ta’ tranżazzjonijiet u, kif adatt, jimponu obbligi ta’ rapportar addizzjonali fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija f’dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.