+Artikolu 80 Limiti għal pagamenti kbar fi flus kontantibi skambju għal oġġetti jew servizzi
---+Artikolu 80 1
---+Artikolu 80 2
---+Artikolu 80 3
---+Artikolu 80 4
---+Artikolu 80 5
---+Artikolu 80 6
---+Artikolu 80 7

Artikolu 80 Limiti għal pagamenti kbar fi flus kontantibi skambju għal oġġetti jew servizzi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1

1.   Persuni li jinnegozjaw f’oġġetti jew li jipprovdu servizzi jistgħu jaċċettaw jew jagħmlu pagament fi flus kontanti sa ammont ta’ mhux aktar minn EUR 10 000 jew l-ekwivalenti f’munita nazzjonali jew barranija, kemm jekk it-tranżazzjoni ssir f’operazzjoni waħda kif ukoll jekk issir f’diversi operazzjonijiet li jidhru li jkunu assoċjati ma’ xulxin.

Artikolu 80 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw limiti aktar baxxi wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/415/KE (47). Dawk il-limiti aktar baxxi għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni tal-miżura fil-livell nazzjonali.

Artikolu 80 3

3.   Meta diġà jkunu jeżistu limiti fil-livell nazzjonali li jkunu inqas mil-limitu stipulat fil-paragrafu 1, dawn għandhom jibqgħu japplikaw. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-limiti lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2024.

Artikolu 80 4

4.   Il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

pagamenti bejn persuni fiżiċi li ma jkunux qed jaġixxu f’kapaċità professjonali;

(b)

pagamenti jew depożiti magħmula fil-bini ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, emittenti tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4,il- punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Pagamenti jew depożiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ’il fuq mil-limitu għandhom jiġu rrapportati lill-FIU fi żmien l-iskadenzi imposti mill-FIU.

Artikolu 80 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta’ penali, kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu fil-kapaċità professjonali tagħhom li jkunu suspettati bi ksur tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, jew ta’ limitu aktar baxx adottat mill-Istati Membri.

Artikolu 80 6

6.   Il-livell ġenerali tal-penali għandu jiġi kkalkulat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, b’tali mod li jipproduċi riżultati proporzjonati mal-gravità tal-ksur, u b’hekk jiskoraġġixxi b’mod effettiv aktar reati tal-istess tip.

Artikolu 80 7

7.   Meta, minħabba force majeure, mezzi ta’ pagament permezz ta’ fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għajr karti tal-flus u muniti ma jibqgħux disponibbli fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu temporanjament jissospendu l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew, fejn ikun applikabbli, tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-durata mistennija tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ mezzi ta’ pagament minn fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għajr karti tal-flus u muniti u bil-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jerġgħu jistabbilixxu d-disponibbiltà tagħhom.

Meta, abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tqis li s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew, fejn ikun applikabbli, tal-paragrafu 2 ma tkunx ġustifikata minn każ ta’ force majeure, hija għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lil dak l-Istat Membru fejn titlob it-tneħħija immedjata ta’ tali sospensjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.