+Artikolu 81 Kooperazzjoni bejn l-FIUs u l-UPPE
---+Artikolu 81 1
---+Artikolu 81 2
---+Artikolu 81 3

Artikolu 81 Kooperazzjoni bejn l-FIUs u l-UPPE

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 81 1

1.   Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, kull FIU għandha mingħajr dewmien żejjed tirrapporta lill-UPPE r-riżultati tal-analiżijiet tagħha u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali fejn ikun hemm raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew twettaq ħasil tal-flus u attività kriminali oħra li fir-rigward tagħhom l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament.

Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa, f’konsultazzjoni mal-UPPE, abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw il-format li għandu jintuża mill-FIUs għar-rapportar ta’ informazzjoni lill-UPPE.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

Artikolu 81 2

2.   L-FIUs għandhom iwieġbu fil-ħin għat-talbiet għal informazzjoni mill-UPPE fir-rigward tal-ħasil tal-flus u attività kriminali oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 81 3

3.   L-FIUs u l-UPPE jistgħu jiskambjaw ir-riżultati ta’ analiżijiet strateġiċi, inkluż tipoloġiji u indikaturi tar-riskju, fejn tali analiżijiet ikunu relatati ma’ ħasil tal-flus u attività kriminali oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.