+Artikolu 16 Ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Meta l-Kummissjoni tkun beħsiebha twettaq investigazzjoni tas-suq bil-ħsieb ta’ adozzjoni possibbli ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17, 18 u 19, din għandha tadotta deċiżjoni tal-ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq.
Artikolu 16 2.
Minkejja l-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħat investigattivi tagħha skont dan ir-Regolament qabel ma tiftaħ investigazzjoni tas-suq skont dak il-paragrafu.
Artikolu 16 3.

Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

(a) 

id-data tal-ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq;

(b) 

id-deskrizzjoni tal-kwistjoni li dwarha qed issir l-investigazzjoni tas-suq;

(c) 

l-iskop tal-investigazzjoni tas-suq.

Artikolu 16 4.

Il-Kummissjoni tista’ tiftaħ mill-ġdid investigazzjoni tas-suq li tkun għalqet meta:

(a) 

tkun saret bidla materjali f’xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 17, 18 jew 19; jew

(b) 

id-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 17, 18 jew 19 tkun issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.

Artikolu 16 5.
Il-Kummissjoni tista’ titlob lil awtorità kompetenti nazzjonali waħda jew aktar biex tassistiha fl-investigazzjoni tas-suq tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R1925
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.