+Artikolu 39 Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
|
Artikolu 39 Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Fi proċedimenti għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tittrażmettilhom l-informazzjoni fil-pussess tagħha jew l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 39 2.
|
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kopja ta’ kwalunkwe sentenza bil-miktub tal-qrati nazzjonali li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali kopja għandha tintbagħat mingħajr dewmien wara li s-sentenza sħiħa bil-miktub tiġi nnotifikata lill-partijiet.
|
|
Artikolu 39 3.
|
Fejn l-applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament teħtieġ hekk, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tissottometti osservazzjonijiet bil-miktub lill-qrati nazzjonali. Bil-permess tal-qorti inkwistjoni, hija tista’ tagħmel ukoll osservazzjonijiet bil-fomm.
|
|
Artikolu 39 4.
|
Għall-fini tat-tħejjija tal-osservazzjonijiet tagħhom biss, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-qorti nazzjonali rilevanti biex tittrażmetti jew tiżgura t-trażmissjoni lill-Kummissjoni ta’ kwalunkwe dokument meħtieġ għall-valutazzjoni tal-każ.
|
|
Artikolu 39 5.
|
Il-qrati nazzjonali ma għandhomx jieħdu deċiżjoni li tmur kontra deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jevitaw li jieħdu deċiżjonijiet li huma f’kunflitt ma deċiżjoni kontemplata mil-Kummissjoni fi proċedimenti li tkun bdiet skont dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-qorti nazzjonali tista’ tivvaluta jekk huwiex neċessarju li tissospendi l-proċedimenti tagħha. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-qrati nazzjonali li jitolbu deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R1925
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|