+Artikolu 4 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom:

(a) 

fejn iqisu l-impatti avversi prinċipali ta' deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, dikjarazzjoni dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta fir-rigward ta’ dawk l-impatti, b'kont meħud kif dovut tad-daqs, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u t-tipi ta’ prodotti finanzjarji li huma jagħmlu disponibbli; jew

(b) 

fejn ma jqisux impatti avversi ta' deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, raġunijiet ċari għaliex ma jagħmlux dan, inkluża, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk u meta huma għandhom l-intenzjoni li jikkunsidraw tali impatti avversi.

Artikolu 4 2.

Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni pprovduta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 mill-inqas dan li ġej:

(a) 

informazzjoni dwar il-politiki tagħhom dwar l-identifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-impatti u l-indikaturi avversi prinċipali għas-sostenibbiltà;

(b) 

deskrizzjoni tal-impatti avversi prinċipali għas-sostenibbiltà u ta' kwalunkwe azzjoni relatata magħhom, meħuda jew, fejn rilevanti, ippjanata;

(c) 

sommarji qosra tal-politiki ta’ involviment skont l-Artikolu 3g tad-Direttiva 2007/36/KE, fejn applikabbli;

(d) 

referenza għall-konformità tagħhom ma’ kodiċijiet responsabbli ta’ kondotta kummerċjali u standards rikonoxxuti internazzjonalment għad-diliġenza dovuta u r-rappurtar u, fejn rilevanti, il-grad ta’ allinjament tagħhom mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 4 3.
B’deroga mill-paragrafu 1, mit-30 ta’ Ġunju 2021, il-parteċipanti fis-suq finanzjarju li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu l-kriterju tan-numru medju ta' 500 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni dwar politiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta' l-impatti avversi prinċipali ta’ deċiżjonijiet ta' investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà. Dik id-dikjarazzjoni għandha tal-inqas tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 4 4.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mit-30 ta’ Ġunju 2021, il-parteċipanti fis-suq finanzjarju li huma impriżi omm ta’ grupp kbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tal-grupp jaqbżu, fuq bażi konsolidata, il-kriterju tan-numru medju ta' 500 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni dwar il-politiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta' impatti avversi prinċipali ta’ deċiżjonijiet ta' investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà. Dik id-dikjarazzjoni għandha tal-inqas tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 4 5.

Il-konsulenti finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom:

(a) 

informazzjoni dwar jekk, b'kont meħud kif dovut tad-daqs, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u t-tipi ta' prodotti finanzjarji li dwarhom jagħtu pariri, jikkunsidrawx fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi ta’ sostenibbiltà; jew

(b) 

informazzjoni għalfejn ma jqisux impatti avversi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni, u, fejn rilevanti, inkluża informazzjoni dwar jekk u meta huma għandhom l-intenzjoni li jikkunsidraw tali impatti avversi.

Artikolu 4 6.
Sat-30 ta’ Diċembru 2020, l-ESAs għandhom jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b'rabta mal-impatti avversi fuq il-klima u impatti avversi oħra relatati mal-ambjent.

L-ESAs għandhom, fejn rilevanti, ifittxu l-kontribut tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 4 7.
Sat-30 ta’ Diċembru 2021, l-ESAs għandhom jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà fir-rigward ta' impatti avversi fil-qasam ta' materji soċjali u ta' impjegati, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u materji fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2088
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.