+Artikolu 9 Livelli limitu ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ inċidenti kbar
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6

Artikolu 9 Livelli limitu ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ inċidenti kbar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “klijenti, kontropartijiet finanzjarji u tranżazzjonijiet” jintlaħaq meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ klijenti affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-klijenti kollha li jużaw is-servizz affettwat;

(b)

l-għadd ta’ klijenti affettwati li jużaw is-servizz affettwat ikun ogħla minn 100 000;

(c)

l-għadd ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati jkun ogħla minn 30 % tal-kontropartijiet finanzjarji kollha li jwettqu attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizz affettwat;

(d)

l-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet imwettqa mill-entità finanzjarja relatata mas-servizz affettwat;

(e)

l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-valur medju ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-entità finanzjarja relatata mas-servizz affettwat;

(f)

il-klijenti jew il-kontropartijiet finanzjarji li ġew identifikati bħala rilevanti f’konformità mal-Artikolu 1(3) ikunu ġew affettwati.

Meta l-għadd reali ta’ klijenti jew kontropartijiet finanzjarji affettwati jew l-għadd attwali jew l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, l-entità finanzjarja għandha tistma dawk in-numri jew ammonti abbażi tad-data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli.

Artikolu 9 2

2.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “impatt fuq ir-reputazzjoni” jintlaħaq meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti minn (a) sa (d).

Artikolu 9 3

3.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “iż-żmien kemm dam l-inċident u kemm dam maqtugħ is-servizz” jintlaħaq meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żmien kemm dam l-inċident ikun itwal minn 24 siegħa;

(b)

il-perjodu ta’ qtugħ tas-servizz ikun itwal minn sagħtejn għas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.

Artikolu 9 4

4.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “firxa ġeografika” jiġi ssodisfat meta l-inċident ikollu impatt f’żewġ Stati Membri jew aktar f’konformità mal-Artikolu 4.

Artikolu 9 5

5.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “telf tad-data ” jintlaħaq meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe impatt kif imsemmi fl-Artikolu 5 fuq id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data għandu jew se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-objettivi tan-negozju tal-entità finanzjarja jew fuq il-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji;

(b)

kwalunkwe aċċess li jirnexxi, malizzjuż u mhux awtorizzat mhux kopert mill-punt (a) iseħħ għan-network u għas-sistemi tal-informazzjoni, fejn tali aċċess jista’ jirriżulta f’telf tad-data.

Artikolu 9 6

6.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “impatt ekonomiku” jiġi ssodisfat meta l-kostijiet u t-telf imġarrbin mill-entità finanzjarja minħabba l-inċident ikunu qabżu jew aktarx li jaqbżu l-EUR 100 000.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1772
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.