+Artikolu 3 Diliġenza dovuta u valutazzjoni tar-riskju rigward l-użu ta’ sottokuntratturi li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
|
Artikolu 3 Diliġenza dovuta u valutazzjoni tar-riskju rigward l-użu ta’ sottokuntratturi li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Entità finanzjarja għandha, qabel ma tidħol f’arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, tiddeċiedi jekk dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jistax jissottokuntratta servizz tal-ICT li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom. L-entità finanzjarja għandha tidħol biss f’arranġament kuntrattwali bħal dan meta tkun ivvalutat li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
il-proċessi ta’ diliġenza dovuta fuq il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jiżguraw li jkun jista’ jagħżel u jivvaluta l-kapaċitajiet operazzjonali u finanzjarji tas-sottokuntratturi potenzjali tal-ICT li jipprovdu s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, inkluż billi jipparteċipa, meta jkun meħtieġ li jagħmel dan mill-entità finanzjarja, fl-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmi fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(b)
|
il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun jista’ jidentifika s-sottokuntratturi kollha li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, jinnotifika u jinforma lill-entità finanzjarja ta’ dawk is-sottokuntratturi, u jkun jista’ jipprovdi lill-entità finanzjarja l-informazzjoni kollha li tista’ tkun meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet skont dan l-Artikolu;
|
|
(c)
|
il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali mas-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, jippermettu lill-entità finanzjarja tikkonforma mal-obbligi tagħha stess li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2022/2554 u mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali;
|
|
(d)
|
is-sottokuntrattur jagħti lill-entità finanzjarja u lill-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni l-istess drittijiet kuntrattwali ta’ aċċess u ta’ spezzjoni bħal dawk mogħtija mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(e)
|
mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà finali tal-entità finanzjarja li tikkonforma mal-obbligi legali u regolatorji tagħha, il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT innifsu għandu biżżejjed kapaċità, għarfien espert, u riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex jimmonitorja r-riskji tal-ICT fil-livell tas-sottokuntratturi, inkluż billi japplika standards xierqa tas-sigurtà tal-informazzjoni u billi jkollu fis-seħħ struttura organizzazzjonali xierqa, ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni, u rapportar u risponsi tal-inċidenti;
|
|
(f)
|
l-entità finanzjarja jkollha biżżejjed kapaċitajiet, għarfien espert, u riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex timmonitorja r-riskji tal-ICT relatati mas-servizz li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom li jkun ġie sottokuntrattat, inkluż billi tapplika standards xierqa tas-sigurtà tal-informazzjoni u billi jkollha fis-seħħ struttura organizzazzjonali xierqa u ġestjoni tar-riskju, rispons għall-inċidenti, ġestjoni tal-kontinwità tal-operat u kontrolli interni;
|
|
(g)
|
l-entità finanzjarja tkun ivvalutat l-impatt fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali u s-solidità finanzjarja tal-entità finanzjarja ta’ falliment eventwali ta’ sottokuntrattur li jipprovdi servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom;
|
|
(h)
|
l-entità finanzjarja tkun ivvalutat ir-riskji assoċjati mal-post tas-sottokuntratturi potenzjali fir-rigward tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(i)
|
l-entità finanzjarja tkun ivvalutat ir-riskji ta’ konċentrazzjoni tal-ICT fil-livell tal-entità f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(j)
|
l-entità finanzjarja tkun ivvalutat jekk hemmx xi ostakli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awditjar, tal-ispezzjoni u tal-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti, mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jew mill-entità finanzjarja, inklużi l-persuni maħtura minnhom.
|
|
|
Artikolu 3 2
|
2. L-entitajiet finanzjarji li jużaw fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jissottokuntrattaw servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, għandhom perjodikament iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, il-punti minn (f) sa (j), fir-rigward ta’ bidliet eventwali fl-ambjent tan-negozju tagħhom, inkluż rigward bidliet fil-funzjonijiet tan-negozju appoġġati, fil-valutazzjonijiet tar-riskju inkluż it-theddid tal-ICT, ir-riskji tal-konċentrazzjoni tal-ICT, u r-riskji ġeopolitiċi.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Id-dipendenza fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tagħhom fuq is-sottokuntratturi tagħhom fil-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhiex tillimita r-responsabbiltà finali tal-entitajiet finanzjarji li jikkonformaw mal-obbligi legali u regolatorji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2022/2554.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0532
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|