+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/532 tal-24 ta’ Marzu 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li entità finanzjarja għandha tiddetermina u tivvaluta meta tissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
------+Artikolu 1 (a)
------+Artikolu 1 (b)
------+Artikolu 1 (c)
------+Artikolu 1 (d)
------+Artikolu 1 (e)
------+Artikolu 1 (f)
------+Artikolu 1 (g)
------+Artikolu 1 (h)
------+Artikolu 1 (i)
------+Artikolu 1 (j)
------+Artikolu 1 (k)
------+Artikolu 1 (l)
---+Artikolu 2 Applikazzjoni ta’ grupp
---+Artikolu 3 Diliġenza dovuta u valutazzjoni tar-riskju rigward l-użu ta’ sottokuntratturi li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
---+Artikolu 4 Kundizzjonijiet li skonthom is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom jistgħu jiġu sottokuntrattati
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Bidliet materjali fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
---+Artikolu 6 Terminazzjoni tal-kuntratt bejn l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT
------+Artikolu 6 (a)
------+Artikolu 6 (b)
------+Artikolu 6 (c)
---+Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
ICT -
Cybersecurity -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/532 tal-24 ta’ Marzu 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li entità finanzjarja għandha tiddetermina u tivvaluta meta tissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/532
tal-24 ta’ Marzu 2025
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li entità finanzjarja għandha tiddetermina u tivvaluta meta tissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Il-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji spiss jiddependi fuq katina kumplessa ta’ sottokuntratturi tal-ICT, fejn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jidħlu f’arranġament ta’ sottokuntrattar wieħed jew aktar ma’ fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT. Id-dipendenza indiretta fuq is-sottokuntratturi tal-ICT jista’ jkollha impatt fuq il-kapaċità ta’ entità finanzjarja li tidentifika, tivvaluta u timmaniġġja r-riskji tagħha, inklużi riskji li huma relatati ma’ lakuni fl-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u mal-kapaċità limitata ta’ entità finanzjarja li tikseb informazzjoni minn dawk is-sottokuntratturi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom. F’dak ir-rigward, meta l-forniment ta’ servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji jiddependi fuq katina potenzjalment twila jew kumplessa ta’ sottokuntratturi tal-ICT, huwa essenzjali li l-entitajiet finanzjarji jidentifikaw il-katina ġenerali tas-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
(2)
|
Fost dawk is-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jiffokaw b’mod partikolari u kontinwu fuq dawk is-sottokuntratturi li fuqhom huma bbażati s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, inkluż is-sottokuntratturi kollha li jipprovdu servizzi tal-ICT li t-tfixkil tagħhom ixekkel is-sigurtà jew il-kontinwità tas-servizz kif stabbilit fir-reġistru ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(3)
|
L-entitajiet finanzjarji jvarjaw ħafna fid-daqs, fl-istruttura, fl-organizzazzjoni interna, u fin-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, jenħtieġ li dik id-diversità titqies meta jiġi speċifikat liema elementi entità finanzjarja jenħtieġ li tiddetermina u tivvaluta meta tissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
(4)
|
Meta jkun permess mill-entitajiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-użu ta’ servizzi tal-ICT sottokuntrattati li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ma jistax jillimita r-responsabbiltà aħħarija għall-korpi maniġerjali tal-entitajiet finanzjarji li jimmaniġġjaw ir-riskji tagħhom u li jikkonformaw mal-obbligi leġiżlattivi u regolatorji tagħhom. Meta s-sottokuntrattar tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti ikun permess, huwa importanti li l-entitajiet finanzjarji jkollhom perspettiva ċara u olistika tar-riskji assoċjati mas-servizzi ta’ sottokuntrattar li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw dawk ir-riskji. Għalhekk jenħtieġ li huma jivvalutaw dawk ir-riskji qabel ma jissottokuntrattaw is-servizzi inkwistjoni.
|
|
(5)
|
Is-sottokuntratturi intragrupp tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, inkluż sottokuntratturi intragrupp tal-ICT li huma kompletament jew kollettivament proprjetà ta’ entitajiet finanzjarji fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li jitqiesu bħala sottokuntratturi tal-ICT.
|
|
(6)
|
Fejn applikabbli, f’kuntest ta’ grupp, jenħtieġ li l-impriża omm ta’ entitajiet finanzjarji tiżgura li l-politika dwar l-użu tas-sottokuntratturi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom tiġi applikata b’mod konsistenti u koerenti fil-grupp.
|
|
(7)
|
Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni komprensiva tar-riskji li jistgħu jinħolqu meta s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jiġu sottokuntrattati. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jsegwu l-passi taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ arranġament kuntrattwali għall-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw dawk il-funzjonijiet u li jiġu pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, anki fir-rigward tal-arranġamenti ta’ sottokuntrattar. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-entitajiet finanzjarji, li jenħtieġ li jiġu riflessi fl-arranġamenti kuntrattwali tal-entitajiet ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT meta jkun permess l-użu ta’ servizzi tal-ICT sottokuntrattati li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
(8)
|
Sabiex jittaffew ir-riskji li huma marbuta mas-sottokuntrattar, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li skonthom il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jużaw sottokuntratturi għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-arranġamenti kuntrattwali tal-ICT bejn l-entitajiet finanzjarji u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jistabbilixxu tali kundizzjonijiet, inkluż l-ippjanar tal-arranġamenti ta’ sottokuntrattar, il-valutazzjonijiet tar-riskju, id-diliġenza dovuta, u l-proċess ta’ approvazzjoni għal arranġamenti ġodda ta’ sottokuntrattar tal-ICT dwar servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, jew bidliet materjali f’dawk eżistenti magħmula mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
(9)
|
Sabiex jiġu identifikati r-riskji li jistgħu jinqalgħu qabel ma entità finanzjarja tidħol f’arranġament ma’ sottokuntrattur tal-ICT, jenħtieġ li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jivvalutaw, b’mod xieraq u proporzjonat, l-adegwatezza tas-sottokuntratturi potenzjali abbażi tal-arranġamenti kuntrattwali tal-ICT li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikkonkluda mal-entità finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-arranġamenti kuntrattwali tal-ICT jirrikjedu li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jew l-entità finanzjarja direttament, kif xieraq, tivvaluta r-riżorsi tas-sottokuntrattur potenzjali, inkluż l-għarfien espert tiegħu u jekk għandux ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi xierqa, is-sigurtà tal-informazzjoni tiegħu, u l-istruttura organizzazzjonali tiegħu, inkluż il-ġestjoni tar-riskju u l-kontrolli interni li s-sottokuntrattur jenħtieġ li jkollu fis-seħħ.
|
|
(10)
|
Biex itaffu kwalunkwe vulnerabbiltà u theddid li jistgħu joħolqu riskji għas-sistemi u l-operazzjonijiet tal-ICT tagħhom, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-prestazzjoni tas-servizz tal-ICT u jiġu infurmati dwar kwalunkwe bidla rilevanti fil-katina ta’ sottokuntrattar tal-ICT tagħhom meta tali bidliet jikkonċernaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
(11)
|
Sabiex l-entitajiet finanzjarji jkunu jistgħu jivvalutaw ir-riskji assoċjati mal-arranġamenti tas-sottokuntrattar jew kwalunkwe bidliet materjali fihom, jenħtieġ li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jinfurmaw lill-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdu servizzi tal-ICT dwar dawn l-arranġamenti l-ġodda kollha jew il-bidliet ferm qabel ma jibdew japplikaw tali arranġamenti jew bidliet. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt mal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT meta l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom juri li l-arranġamenti l-ġodda jew il-bidliet materjali jġorru livell ta’ riskju li jaqbeż it-tolleranza tar-riskju tagħhom.
|
|
(12)
|
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-parir tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati tal-ASE stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
|
|
(13)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta’ Awwissu 2024,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu d-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom u n-natura, l-iskala, u l-elementi ta’ żieda jew tnaqqis fil-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom, inklużi elementi relatati ma’:
|
|
Artikolu 2 Applikazzjoni ta’ grupp
|
Artikolu 2
Meta dan ir-Regolament jiġi applikat fuq bażi subkonsolidata jew konsolidata, l-impriża prinċipali li tkun responsabbli biex tipprovdi r-rapporti finanzjarji konsolidati jew subkonsolidati għall-grupp għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għas-sottokuntrattar tal-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, meta s-sottokuntrattar ikun permess skont l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, jiġu implimentati b’mod konsistenti fl-entitajiet finanzjarji kollha li huma parti mill-grupp u jkunu adegwati għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament fil-livelli rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 3 Diliġenza dovuta u valutazzjoni tar-riskju rigward l-użu ta’ sottokuntratturi li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti
|
-
|
|
Artikolu 4 Kundizzjonijiet li skonthom is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom jistgħu jiġu sottokuntrattati
|
-
|
|
Artikolu 5 Bidliet materjali fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom
|
-
|
|
Artikolu 6 Terminazzjoni tal-kuntratt bejn l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT
|
L-entità finanzjarja għandu jkollha d-dritt li tipprovdi fl-arranġament kuntrattwali mal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li l-arranġament kuntrattwali għandu jintemm f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1)
ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0532
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|