+Artikolu 4 Kundizzjonijiet li skonthom is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom jistgħu jiġu sottokuntrattati
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
|
Artikolu 4 Kundizzjonijiet li skonthom is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew parti materjali tagħhom jistgħu jiġu sottokuntrattati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-arranġament kuntrattwali konkluż bejn l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jidentifika liema servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom huma eliġibbli għas-sottokuntrattar u b’liema kundizzjonijiet. Dak il-kuntratt għandu jispeċifika:
|
(a)
|
li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun responsabbli għall-forniment tas-servizzi pprovduti mis-sottokuntratturi;
|
|
(b)
|
li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun meħtieġ jimmonitorja s-servizzi tal-ICT sottokuntrattati kollha li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom biex jiżgura li l-obbligi kuntrattwali tiegħu mal-entità finanzjarja jiġu ssodisfati kontinwament;
|
|
(c)
|
l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT lejn l-entità finanzjarja fir-rigward tas-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom;
|
|
(d)
|
li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jivvaluta r-riskji kollha assoċjati mal-post tas-sottokuntratturi attwali jew potenzjali li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, u fejn tinsab il-kumpanija prinċipali tagħhom u mal-post minn fejn jiġi pprovdut is-servizz tal-ICT ikkonċernat;
|
|
(e)
|
il-post fejn id-data tiġi pproċessata jew maħżuna mis-sottokuntrattur, fejn rilevanti;
|
|
(f)
|
li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jispeċifika fil-kuntratt tiegħu mas-sottokuntratturi tiegħu l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar ta’ dak is-sottokuntrattur lejn il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, u fejn miftiehem, lejn l-entità finanzjarja;
|
|
(g)
|
li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jiżgura l-kontinwità tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tul il-katina kollha tas-sottokuntratturi f’każ ta’ nuqqas minn sottokuntrattur tal-ICT li jissodisfa l-obbligi kuntrattwali tiegħu;
|
|
(h)
|
li l-arranġament kuntrattwali bejn il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u s-sottokuntratturi tiegħu jkun fih ir-rekwiżiti dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza tan-negozju msemmija fl-Artikolu 30(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554 u jispeċifika l-livelli ta’ servizz li għandhom jiġu ssodisfati mis-sottokuntratturi tal-ICT fir-rigward ta’ dawk il-pjanijiet;
|
|
(i)
|
li l-arranġament kuntrattwali bejn il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u s-sottokuntratturi tiegħu jispeċifika l-istandards tas-sigurtà tal-ICT u kwalunkwe rekwiżit ta’ sigurtà addizzjonali msemmi fl-Artikolu 30(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(j)
|
li s-sottokuntrattur għandu jagħti lill-entità finanzjarja u lill-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni rilevanti l-istess drittijiet ta’ aċċess, spezzjoni u awditjar bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 30(3), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(k)
|
li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jinnotifika lill-entità finanzjarja dwar kwalunkwe bidla materjali fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar;
|
|
(l)
|
li l-entità finanzjarja jkollha d-dritt li tittermina l-kuntratt mal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Il-bidliet relatati mal-ftehimiet kuntrattwali bejn l-entità finanzjarja u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizz tal-ICT li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, li kienu meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu implimentati fil-ħin u malajr kemm jista’ jkun. L-entità finanzjarja għandha tiddokumenta l-iskeda ta’ żmien ippjanata għall-implimentazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0532
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|