+Artikolu 7 Għażla tal-fornituri tat-TLPT
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2

Artikolu 7 Għażla tal-fornituri tat-TLPT

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   It-tim ta’ kontroll għandu jieħu miżuri biex jimmaniġġja r-riskji relatati mat-TLPT u għandu b’mod partikolari jiżgura li, għal kull TLPT:

(a)

il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers esterni jipprovdu lit-tim ta’ kontroll b’curriculum vitae dettaljat u kopji taċ-ċertifikazzjonijiet li, skont standards tas-suq rikonoxxuti, ikunu xierqa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom;

(b)

il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid u t-tester estern ikunu koperti kif xieraq u kompletament minn assigurazzjonijiet ta’ indennizz professjonali xierqa inkluż kontra riskji ta’ mġiba ħażina u negliġenza;

(c)

il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid jipprovdi mill-anqas tliet referenzi minn inkarigi preċedenti fil-kuntest tal-ittestjar tal-penetrazzjoni u tal-ittestjar tat-tim l-aħmar;

(d)

it-testers esterni jipprovdu mill-anqas ħames referenzi minn inkarigi preċedenti relatati mal-ittestjar tal-penetrazzjoni u mal-ittestjar tat-tim l-aħmar;

(e)

il-persunal tal-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid assenjat għat-TLPT:

(i)

ikun magħmul tal-anqas minn maniġer b’mill-anqas 5 snin esperjenza fl-intelligence dwar it-theddid u tal-anqas membru addizzjonali wieħed b’mill-anqas sentejn esperjenza fl-intelligence dwar it-theddid;

(ii)

juri firxa wiesgħa u livell xieraq ta’ għarfien u ħiliet professjonali, inkluż:

(1)

tattiki, tekniki u proċeduri għall-ġbir ta’ intelligence;

(2)

għarfien ġeopolitiku, tekniku u settorjali;

(3)

ħiliet ta’ komunikazzjoni adegwati biex jippreżentaw u jirrapportaw b’mod ċar dwar ir-riżultat tal-ingaġġ.

(iii)

ikollu parteċipazzjoni kkombinata f’mill-anqas tliet inkarigi preċedenti fl-intelligence dwar it-theddid fil-kuntest tal-ittestjar tal-penetrazzjoni u tal-ittestjar tat-tim l-aħmar;

(iv)

fl-istess ħin ma jwettaq l-ebda kompitu tat-tim il-blu jew servizz ieħor li jista’ jippreżenta kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-entità finanzjarja, tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew ta’ fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT involut f’TLPT li jkun assenjat lilu;

(v)

ikun separat mill-persunal tal-istess fornitur tat-TLPT li jipprovdi testers esterni għall-istess TLPT u ma jirrapportax lilu;

(f)

għal testers esterni, it-tim l-aħmar assenjat lit-TLPT:

(i)

ikun magħmul tal-anqas minn maniġer, b’mill-anqas 5 snin esperjenza fl-ittestjar tal-penetrazzjoni u fl-ittestjar tat-tim l-aħmar kif ukoll tal-anqas żewġ testers addizzjonali, kull wieħed b’ittestjar tal-penetrazzjoni u b’ittestjar tat-tim l-aħmar ta’ mill-anqas sentejn;

(ii)

juri firxa wiesgħa u livell xieraq ta’ għarfien u ħiliet professjonali, inkluż għarfien dwar in-negozju tal-entità finanzjarja, ir-rikonjizzjoni, il-ġestjoni tar-riskju, l-iżvilupp tal-isfruttament ta’ vulnerabbiltajiet, il-penetrazzjoni fiżika, is-social engineering, l-analiżi tal-vulnerabbiltà, kif ukoll ħiliet ta’ komunikazzjoni adegwati biex jippreżenta u jirrapporta b’mod ċar dwar ir-riżultat tal-ingaġġ;

(iii)

ikollu parteċipazzjoni kkombinata f’mill-anqas ħames inkarigi preċedenti relatati mal-ittestjar tal-penetrazzjoni u mal-ittestjar tat-tim l-aħmar;

(iv)

la jkun impjegat u lanqas ma jipprovdi servizzi lil fornitur tal-intelligence dwar it-theddid li fl-istess ħin ikun qed iwettaq kompiti tat-tim il-blu għal entità finanzjarja, għal fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jew għal fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT li jkun involut fit-TLPT;

(v)

ikun separat minn kwalunkwe persunal tal-istess fornitur tat-TLPT li fl-istess ħin ikun qed jipprovdi servizzi tal-intelligence dwar it-theddid għall-istess TLPT;

(g)

it-testers u l-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid iwettqu proċeduri ta’ restawr fi tmiem l-ittestjar, inkluż it-tħassir sikur ta’ informazzjoni relatata ma’ passwords, kredenzjali, u kjavi sigrieti oħrajn kompromessi matul it-TLPT, il-komunikazzjoni sikura lill-entitajiet finanzjarji tal-kontijiet kompromessi, il-ġbir, il-ħżin, il-ġestjoni, u d-disponiment sikuri ta’ data oħra miġbura matul l-ittestjar;

(h)

it-testers, minbarra l-proċeduri ta’ restawr fi tmiem l-ittestjar kif imsemmi fil-punt (g), iwettqu l-proċeduri ta’ restawr li ġejjin:

(i)

id-diżattivazzjoni tal-kmand u tal-kontroll;

(ii)

l-ambitu u d-date kill switches;

(iii)

it-tneħħija ta’ backdoors u ta’ malware ieħor;

(iv)

in-notifika ta’ ksur potenzjali;

(v)

il-proċeduri għar-restawr ta’ riżerva fil-futur li jista’ jikkonċerna malware jew għodod installati matul it-test;

(vi)

il-monitoraġġ tal-attivitajiet tat-tim il-blu u l-għoti ta’ informazzjoni lit-tim ta’ kontroll ta’ kwalunkwe individwazzjoni possibbli;

(i)

it-testers u l-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid ma jwettqu jew ma jipparteċipaw fl-ebda waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)

il-qerda mhux awtorizzata ta’ tagħmir tal-entità finanzjarja u tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tagħha, jekk ikun hemm;

(ii)

il-modifika mhux ikkontrollata tal-informazzjoni u tal-assi tal-ICT tal-entità finanzjarja u tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tagħha, jekk ikun hemm;

(iii)

il-kompromess intenzjonali tal-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja;

(iv)

l-inklużjoni mhux awtorizzata ta’ sistemi barra mill-ambitu;

(v)

id-divulgazzjoni mhux awtorizzata tar-riżultati tat-testijiet.

Artikolu 7 2

2.   It-tim ta’ kontroll għandu jżomm rekord tad-dokumentazzjoni provduta mit-testers u mill-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid bħala evidenza tal-konformità mal-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (f).

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-entitajiet finanzjarji jistgħu jikkuntrattaw testers u fornituri tal-intelligence dwar it-theddid esterni li ma jissodisfawx rekwiżit wieħed jew aktar stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (f), dment li dawk l-entitajiet finanzjarji jadottaw miżuri li jkunu xierqa biex jittaffew ir-riskji relatati man-nuqqas ta’ konformità ma’ tali punti u li jirreġistraw dawk il-miżuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.