+Artikolu 16 Kooperazzjoni u rikonoxximent reċiproku
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
|
Artikolu 16 Kooperazzjoni u rikonoxximent reċiproku
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Għall-finijiet li jsir TLPT fir-rigward ta’ entità finanzjarja li tipprovdi servizzi f’aktar minn Stat Membru wieħed, inkluż permezz ta’ fergħa, l-awtorità tat-TLPT tagħha għandha:
|
(a)
|
tiddetermina liema awtoritajiet tat-TLPT fl-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu involuti, filwaqt li tqis jekk funzjoni kritika jew importanti waħda jew aktar humiex operati fl-Istati Membri ospitanti jew kondiviżi bejniethom;
|
|
(b)
|
tinforma lill-awtoritajiet tat-TLPT identifikati f’konformità mal-punt (a) bid-deċiżjoni li jsir test tat-TLPT fuq l-entità finanzjarja;
|
|
(c)
|
sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tat-TLPT, l-awtorità tat-TLPT tal-entità finanzjarja għandha tmexxi t-TLPT.
|
L-awtoritajiet tat-TLPT tal-Istati Membri ospitanti jistgħu, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni dwar twettiq futur ta’ TLPT, jew jesprimu l-interess tagħhom li jsegwu t-TLPT bħala osservaturi jew jassenjaw maniġer tat-testijiet biex jipparteċipa fit-TLPT. L-awtorità ewlenija tat-TLPT għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kollha tat-TLPT li qed jaġixxu bħala osservaturi fit-TLPT bid-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu, ir-rapport ta’ sinteżi tat-test, il-pjan ta’ rimedju u l-attestazzjoni.
L-awtorità ewlenija tat-TLPT għandha tikkoordina l-awtoritajiet kollha tat-TLPT parteċipanti matul it-test u tadotta d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa biex it-TLPT isir b’mod xieraq u effettiv. L-awtorità ewlenija tat-TLPT tista’ tistabbilixxi għadd massimu ta’ awtoritajiet tat-TLPT parteċipanti, fejn it-twettiq effiċjenti tat-TLPT jista’ inkella jiġi kompromess.
|
|
Artikolu 16 2
|
2. Meta entità finanzjarja tuża l-istess fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT bħal entitajiet finanzjarji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, jew tappartjeni għal grupp u tikkondividi sistemi tal-ICT ma’ entitajiet finanzjarji tal-istess grupp stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, l-awtorità tat-TLPT tal-entità finanzjarja għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji l-oħrajn li jużaw l-istess fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jew jikkondividu sistemi tal-ICT bħala parti mill-grupp u tivvaluta magħhom il-fattibbiltà u l-adegwatezza tat-twettiq ta’ TLPT konġunt fir-rigward tagħhom. TLPT konġunt għandu jiġi ppreferut minn TLPT individwali meta dan jista’ jirriżulta fi tnaqqis tal-kostijiet u tar-riżorsi għall-entitajiet finanzjarji u għall-awtoritajiet tat-TLPT, dment li ma jiġux ippreġudikati s-solidità u l-effikaċja tal-ittestjar.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. Għall-finijiet tat-twettiq ta’ TLPT konġunt:
|
(a)
|
l-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji għandhom jaqblu dwar liema entità finanzjarja għandha tiġi ddeżinjata biex twettaq it-TLPT, filwaqt li jqisu l-istruttura tal-grupp u l-effiċjenza tat-test;
|
|
(b)
|
l-awtorità tat-TLPT tal-entità finanzjarja deżinjata f’konformità mal-punt (a) għandha tmexxi t-TLPT, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji li qed jipparteċipaw fit-TLPT konġunt;
|
|
(c)
|
l-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji għajr l-entità finanzjarja deżinjata biex tmexxi t-TLPT konġunt jistgħu jew jesprimu l-interess tagħhom biex isegwu t-TLPT bħala osservaturi jew jassenjaw maniġer tat-testijiet għal dak it-TLPT.
|
L-awtorità ewlenija tat-TLPT għandha tikkoordina l-awtoritajiet kollha tat-TLPT involuti fit-TLPT konġunt u tadotta d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa biex it-TLPT konġunt isir b’mod għaqli u effettiv.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Meta entità finanzjarja jkollha l-ħsieb li twettaq TLPT aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554 li possibbilment jinvolvi entitajiet finanzjarji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, l-awtorità tat-TLPT tagħha għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji l-oħrajn u tivvaluta magħhom il-fattibbiltà u l-adegwatezza tat-twettiq ta’ TLPT aggregat fir-rigward tagħhom f’konformità mal-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
Artikolu 16 5
|
5. Għall-finijiet li jsir TLPT aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554:
|
(a)
|
l-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji għandhom jaqblu dwar liema entità finanzjarja għandha tiġi ddeżinjata biex twettaq it-TLPT aggregat, filwaqt li jqisu s-servizzi tal-ICT provduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji u l-effiċjenza tat-test;
|
|
(b)
|
l-awtorità tat-TLPT tal-entità finanzjarja deżinjata f’konformità mal-punt (a) għandha tmexxi t-TLPT, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji li jipparteċipaw fit-TLPT konġunt aggregat;
|
|
(c)
|
l-awtoritajiet tat-TLPT tal-entitajiet finanzjarji għajr l-entità finanzjarja deżinjata biex tmexxi t-TLPT aggregat jistgħu jew jesprimu l-interess tagħhom biex isegwu t-TLPT bħala osservaturi jew jassenjaw maniġer tat-testijiet għal dak it-TLPT.
|
L-awtorità ewlenija tat-TLPT għandha tikkoordina l-awtoritajiet kollha tat-TLPT involuti fit-TLPT aggregat u tadotta d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa biex it-TLPT aggregat isir b’mod għaqli u effettiv.
|
|
Artikolu 16 6
|
6. Fir-rigward ta’ entità finanzjarja meħtieġa twettaq TLPT, meta l-awtorità tat-TLPT tagħha tkun differenti mill-awtorità kompetenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkondividu kwalunkwe informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mat-TLPT għall-finijiet tat-twettiq tat-TLPT jew biex iwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|