+Artikolu 44 Ċertifikati
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.

Artikolu 44 Ċertifikati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
Iċ-ċertifikati maħruġa minn korpi notifikati f’konformità mal-Anness VII għandhom jitfasslu b’lingwa li tista’ faċilment tiġi mifhuma mill-awtoritajiet rilevanti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp notifikat.
Artikolu 44 2.
Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għall-perjodu li jindikaw, li ma għandux jaqbeż il-ħames snin għas-sistemi tal-IA koperti mill-Anness I u erba’ snin għas-sistemi tal-IA koperti mill-Anness III. Fuq talba tal-fornitur, il-validità ta’ ċertifikat tista’ tiġi estiża għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom ma jaqbiżx il-ħames snin għas-sistemi tal-IA koperti mill-Anness I u erba’ snin għal sistemi tal-IA koperti mill-Anness III, abbażi ta’ valutazzjoni mill-ġdid f’konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli. Kwalunkwe suppliment ma’ ċertifikat għandu jibqa’ validu dment li jkun validu ċ-ċertifikat li jissupplimenta.
Artikolu 44 3.
Meta korp notifikat isib li sistema tal-IA m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2, filwaqt li jqis il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat maħruġ jew jimponi restrizzjonijiet fuqha, sakemm ma tkunx żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti b’azzjoni korrettiva xierqa meħuda mill-fornitur tas-sistema sa data tal-iskadenza xierqa stabbilita mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Għandha tkun disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati, inkluż dwar ċertifikati ta’ konformità maħruġa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.