+ANNESS XI Dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (a) – dokumentazzjoni teknika għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali

ANNESS XI Dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (a) – dokumentazzjoni teknika għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali




ANNESS XI

Dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (a) – dokumentazzjoni teknika għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali

Taqsima 1

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-fornituri kollha ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (a) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja, kif xieraq għad-daqs u għall-profil tar-riskju tal-mudell:

1. 

Deskrizzjoni ġenerali tas-mudell tal-IA bi skop ġenerali li tinkludi:

(a) 

il-kompiti li l-mudell ikun maħsub li jwettaq u t-tip u n-natura tas-sistemi tal-IA li fihom jista' jiġi integrat;

(b) 

il-politiki ta' użu aċċettabbli applikabbli;

(c) 

id-data tar-rilaxx u l-metodi tad-distribuzzjoni;

(d) 

l-arkitettura u n-numru ta' parametri;

(e) 

il-modalità (eż. test, immaġni) u l-format tal-inputs u l-outputs;

(f) 

il-liċenzja.

2. 

Deskrizzjoni dettaljata tal-elementi tal-mudell imsemmija fil-punt 1, u informazzjoni rilevanti tal-proċess għall-iżvilupp, li tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-mezzi tekniċi (eż. struzzjonijiet tal-użu, infrastruttura, għodod) meħtieġa biex il-mudell tal-IA bi skop ġenerali jiġi integrat fis-sistemi tal-IA;

(b) 

l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tal-mudell u l-proċess ta' taħriġ, inkluż il-metodoloġiji u t-tekniki ta' taħriġ, l-għażliet ewlenin tad-disinn inkluż ir-raġunamenti u s-suppożizzjonijiet li jkunu saru; dak li l-mudell tfassal biex jottimizza u r-rilevanza tal-parametri differenti; kif applikabbli;

(c) 

informazzjoni dwar id-data użata għat-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni, fejn applikabbli, inkluż it-tip u l-provenjenza tad-data u l-metodoloġiji tal-manutenzjoni (eż. tindif, filtrazzjoni eċċ.), in-numru ta' punti tad-data, l-ambitu u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom; kif inkisbet u ntgħażlet id-data kif ukoll il-miżuri l-oħra kollha biex jiġi identifikat in-nuqqas ta' adegwatezza tas-sorsi tad-data u l-metodi biex jiġu identifikati preġudizzji identifikabbli, fejn applikabbli;

(d) 

ir-riżorsi komputazzjonali użati biex jitħarreġ il-mudell (eż. in-numru ta' operazzjonijiet b'punt varjabbli), il-ħin tat-taħriġ, u dettalji rilevanti oħra relatati mat-taħriġ;

(e) 

il-konsum tal-enerġija magħruf jew stmat tal-mudell.

Fir-rigward tal-punt (e), meta l-konsum tal-enerġija tal-mudell ma jkunx magħruf, il-konsum tal-enerġija jista' jkun ibbażat fuq informazzjoni dwar ir-riżorsi komputazzjonali użati.

Taqsima 2

Informazzjoni addizzjonali li trid tiġi pprovduta mill-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku

1. Deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji ta' evalwazzjoni, inkluż ir-riżultati tal-evalwazzjoni, abbażi tal-protokolli u l-għodod ta' evalwazzjoni pubblika disponibbli jew inkella abbażi ta' metodoloġiji oħra ta' evalwazzjoni. L-istrateġiji ta' evalwazzjoni għandhom jinkludu l-kriterji ta' evalwazzjoni, il-metrika u l-metodoloġija dwar l-identifikazzjoni tal-limitazzjonijiet.

2. Fejn applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri stabbiliti għall-fini tat-twettiq tal-ittestjar kontradittorju intern u/jew estern (eż. red teaming), l-adattamenti għall-mudell, inkluż l-allinjament u l-irfinar.

3. Fejn applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tal-arkitettura tas-sistema li tispjega kif il-komponenti tas-software jibnu fuq jew jikkontribwixxu għal xulxin u jintegraw fl-ipproċessar ġenerali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.