+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 2 8.
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Dan ir-Regolament japplika għal prodotti b’elementi diġitali mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq, li l-iskop maħsub jew l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom jinkludi konnessjoni diretta jew indiretta ta’ data loġika jew fiżika ma’ apparat jew ma’ network.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti b’elementi diġitali li għalihom japplikaw l-atti ġuridiċi tal-Unjoni li ġejjin:
(a)
ir-Regolament (UE) 2017/745;
(b)
ir-Regolament (UE) 2017/746;
(c)
ir-Regolament (UE) 2019/2144.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti b’elementi diġitali li jkunu ġew iċċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139.
|
|
Artikolu 2 4.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal tagħmir li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
).
|
|
Artikolu 2 5.
|
L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti b’elementi diġitali koperti minn regoli oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti li jindirizzaw ir-riskji kollha jew uħud minnhom koperti mir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I tista’ tkun limitata jew eskluża, fejn:
(a)
tali limitazzjoni jew esklużjoni tkun konsistenti mal-qafas regolatorju ġenerali li japplika għal dawk il-prodotti; u
(b)
ir-regoli settorjali jiksbu l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak previst minn dan ir-Regolament jew livell ogħla.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika jekk tali limitazzjoni jew esklużjoni hijiex meħtieġa, il-prodotti u r-regoli kkonċernati, kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjoni, jekk rilevanti.
|
|
Artikolu 2 6.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ispare parts li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biex jissostitwixxu komponenti identiċi fi prodotti b’elementi diġitali u li huma manifatturati skont l-istess speċifikazzjonijiet bħall-komponenti li huma maħsuba li jissostitwixxu.
|
|
Artikolu 2 7.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti b’elementi diġitali żviluppati jew modifikati esklużivament għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ difiża jew għal prodotti mfassla speċifikament biex jipproċessaw informazzjoni klassifikata.
|
|
Artikolu 2 8.
|
L-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta’ informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tmur kontra l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|