+Artikolu 16 Stabbiliment ta’ pjattaforma unika ta’ rapportar
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.

Artikolu 16 Stabbiliment ta’ pjattaforma unika ta’ rapportar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Għall-finijiet tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 14(1) u (3) u fl-Artikolu 15(1) u (2) u sabiex jiġu ssimplifikati l-obbligi ta’ rapportar tal-manifatturi, għandha tiġi stabbilita pjattaforma unika ta’ rapportar mill-ENISA. L-operazzjonijiet ta’ kuljum ta’ dik il-pjattaforma unika ta’ rapportar għandhom jiġu ġestiti u miżmuma mill-ENISA. L-arkitettura tal-pjattaforma unika ta’ rapportar għandha tippermetti lill-Istati Membri u lill-ENISA jistabbilixxu l-punti tat-tmiem tan-notifiki elettroniċi tagħhom stess.
Artikolu 16 2.
Wara li tirċievi notifika, is-CSIRT maħtura bħala koordinatur li tkun l-ewwel waħda li tirċievi n-notifika għandha, mingħajr dewmien, tgħaddi n-notifika permezz tal-pjattaforma unika tar-rapportar lis-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun indika li l-prodott b’elementi diġitali jkun tqiegħed.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u, b’mod partikolari, fuq talba mill-manifattur u fid-dawl tal-livell ta’ sensittività tal-informazzjoni notifikata kif indikat mill-manifattur skont l-Artikolu 14(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, id-disseminazzjoni tan-notifika tista’ tiddewwem abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati relatati maċ-ċibersigurtà għal perjodu ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ, inkluż meta vulnerabbiltà tkun soġġetta għal proċedura ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Meta CSIRT tiddeċiedi li żżomm notifika, din għandha tinforma minnufih lill-ENISA dwar id-deċiżjoni u tipprovdi kemm ġustifikazzjoni għaż-żamma tan-notifika kif ukoll indikazzjoni ta’ meta se tqassam in-notifika f’konformità mal-proċedura ta’ disseminazzjoni stabbilita f’dan il-paragrafu. L-ENISA tista’ tappoġġja lis-CSIRT fl-applikazzjoni tar-raġunijiet relatati maċ-ċibersigurtà b’rabta mad-dewmien tad-disseminazzjoni tan-notifika.

F’ċirkostanzi partikolarment eċċezzjonali, meta l-manifattur, fin-notifika msemmija fl-Artikolu 14(2), il-punt (b), jindika:

(a) 

li l-vulnerabbiltà notifikata tkun ġiet sfruttata b’mod attiv minn attur malizzjuż u, skont l-informazzjoni disponibbli, ma tkun ġiet sfruttata fl-ebda Stat Membru ieħor għajr dak tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur li l-manifattur ikun innotifikalha l-vulnerabbiltà;

(b) 

li kwalunkwe disseminazzjoni ulterjuri immedjata tal-vulnerabbiltà notifikata x’aktarx tirriżulta fl-għoti ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali ta’ dak l-Istat Membru; jew

(c) 

li l-vulnerabbiltà notifikata toħloq riskju għoli imminenti għaċ-ċibersigurtà li jirriżulta mid-disseminazzjoni ulterjuri;

l-informazzjoni li saret notifika mill-manifattur, l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-informazzjoni dwar in-natura ġenerali tal-isfruttament u l-informazzjoni li tqajmu raġunijiet relatati mas-sigurtà biss għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ENISA simultanjament sakemm in-notifika sħiħa titqassam lis-CSIRTs ikkonċernati u lill-ENISA. Meta, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, l-ENISA tqis li hemm riskju sistemiku li jaffettwa s-sigurtà fis-suq intern, hija għandha tirrakkomanda lis-CSIRT riċeventi li tqassam in-notifika sħiħa lis-CSIRTs l-oħra maħtura bħala koordinaturi u lill-ENISA nnifisha.

Artikolu 16 3.
Wara li jirċievu notifika ta’ vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv fi prodott b’elementi diġitali jew ta’ inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà ta’ prodott b’elementi diġitali, is-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri rispettivi tagħhom l-informazzjoni notifikata meħtieġa biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 16 4.
L-ENISA għandha tieħu miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex timmaniġġja r-riskji għas-sigurtà tal-pjattaforma unika ta’ rapportar u l-informazzjoni sottomessa jew disseminata permezz tal-pjattaforma unika ta’ rapportar. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe inċident ta’ sigurtà li jaffettwa l-pjattaforma unika ta’ rapportar lin-network tas-CSIRTs kif ukoll lill-Kummissjoni.
Artikolu 16 5.
L-ENISA, f’kooperazzjoni man-network tas-CSIRTs, għandha tipprovdi u timplimenta speċifikazzjonijiet dwar il-miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-operazzjoni sigura tal-pjattaforma unika ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi mill-anqas l-arranġamenti tas-sigurtà relatati mal-istabbiliment, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-pjattaforma unika ta’ rapportar, kif ukoll il-punti tat-tmiem tan-notifiki elettroniċi stabbiliti mis-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi fil-livell nazzjonali u l-ENISA fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-aspetti proċedurali biex jiġi żgurat li, meta vulnerabbiltà notifikata ma jkollha l-ebda miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni disponibbli, l-informazzjoni dwar dik il-vulnerabbiltà tiġi kondiviża f’konformità ma’ protokolli stretti ta’ sigurtà u fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif.
Artikolu 16 6.
Meta CSIRT maħtura bħala koordinatur tkun ġiet mgħarrfa dwar vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv bħala parti minn proċedura ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, is-CSIRT maħtura bħala koordinatur li tkun l-ewwel waħda li tirċievi n-notifika tista’ ddewwem id-disseminazzjoni tan-notifika rilevanti permezz tal-pjattaforma unika ta’ rapportar abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati relatati maċ-ċibersigurtà għal perjodu li ma jkunx itwal minn dak li jkun strettament meħtieġ u sakemm jingħata l-kunsens għall-iżvelar mill-partijiet involuti fid-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet. Dak ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-manifatturi milli jinnotifikaw tali vulnerabbiltà fuq bażi volontarja skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.