+Artikolu 60 Sweeps
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
|
Artikolu 60 Sweeps
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu azzjonijiet simultanji kkoordinati ta’ kontroll (sweeps) ta’ prodotti partikolari b’elementi diġitali jew kategoriji tagħhom biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament jew biex jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament. Dawk is-sweeps jistgħu jinkludu spezzjonijiet fuq prodotti b’elementi diġitali akkwistati taħt identità falza.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, is-sweeps għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-koordinatur tas-sweep għandu, fejn ikun xieraq, jagħmel ir-riżultati aggregati disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Meta, hija u twettaq il-kompiti tagħha, inkluż abbażi tan-notifiki li tiriċievi skont l-Artikolu 14(1) u (3), l-ENISA tidentifika kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali li għalihom jistgħu jiġu organizzati sweeps, hija għandha tippreżenta proposta għal sweep lill-koordinatur imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għall-kunsiderazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 60 4.
|
Meta jwettqu sweeps, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq involuti jistgħu jużaw is-setgħat ta’ investigazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 52 u 58 u kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 60 5.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jistiednu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni, u lil persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni, biex jipparteċipaw fis-sweeps.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|