+ANNESS II INFORMAZZJONI U ISTRUZZJONIJIET LILL-UTENT

ANNESS II INFORMAZZJONI U ISTRUZZJONIJIET LILL-UTENT




ANNESS II

INFORMAZZJONI U ISTRUZZJONIJIET LILL-UTENT

Bħala minimu, il-prodott b’elementi diġitali għandu jkun akkumpanjat minn:

1. 

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, u l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika jew kuntatt diġitali ieħor kif ukoll, fejn ikun disponibbli, is-sit web fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur;

2. 

il-punt uniku ta’ kuntatt fejn tista’ tiġi rrapportata u riċevuta informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott b’elementi diġitali, u fejn tista’ tinstab il-politika tal-manifattur dwar id-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet;

3. 

l-isem u t-tip u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni unika tal-prodott b’elementi diġitali;

4. 

l-iskop maħsub tal-prodott b’elementi diġitali, inkluż l-ambjent tas-sigurtà pprovdut mill-manifattur, kif ukoll il-funzjonalitajiet essenzjali tal-prodott u u l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet tas-sigurtà;

5. 

kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tal-prodott b’elementi diġitali f’konformità mal-iskop maħsub tiegħu jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji sinifikanti għaċ-ċibersigurtà;

6. 

fejn ikun applikabbli, l-indirizz tal-Internet li fih tista’ tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

7. 

it-tip ta’ appoġġ tekniku għas-sigurtà offrut mill-manifattur u d-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ appoġġ li matulu l-utenti jistgħu jistennew li l-vulnerabbiltajiet jiġu ġestiti u li jirċievu aġġornamenti tas-sigurtà;

8. 

istruzzjonijiet dettaljati jew indirizz tal-Internet li jirreferi għal tali istruzzjonijiet dettaljati u informazzjoni dwar:

(a) 

il-miżuri meħtieġa matul l-ikkummissjonar inizjali u matul il-ħajja tal-prodott b’elementi diġitali biex jiġi żgurat l-użu sikur tiegħu;

(b) 

kif il-bidliet fil-prodott b’elementi diġitali jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tad-data;

(c) 

kif jistgħu jiġu installati aġġornamenti rilevanti għas-sigurtà;

(d) 

id-dekummissjonar sikur tal-prodott b’elementi diġitali, inkluża informazzjoni dwar kif id-data tal-utent tista’ titneħħa b’mod sikur;

(e) 

kif il-konfigurazzjoni prestabbilita li tippermetti l-installazzjoni awtomatika ta’ aġġornamenti tas-sigurtà, kif meħtieġ mill-Parti I, il-punt (2)(c), tal-Anness I, tista’ tiġi diżattivata;

(f) 

fejn il-prodott b’elementi diġitali jkun maħsub biex jiġi integrat fi prodotti oħra b’elementi diġitali, l-informazzjoni meħtieġa biex l-integratur ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I u r-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni stabbiliti fl-Anness VII.

9. 

Jekk il-manifattur jiddeċiedi li jqiegħed il-lista ta’ materjali tas-software disponibbli għall-utent, informazzjoni dwar fejn tista’ tiġi aċċessata l-lista ta’ materjali tas-software.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.