+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 (1)
|
“finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849;
|
|
Artikolu 3 (2)
|
“ħasil tal-flus” tfisser l-attivitajiet ta’ ħasil tal-flus kif imsemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849;
|
|
Artikolu 3 (3)
|
“pagatur” tfisser persuna li jkollha kont tal-pagamenti u tippermetti trasferiment ta’ fondi minn dak il-kont tal-pagamenti jew, fejn ma jkun hemm ebda kont tal-pagamenti, li tagħti ordni għat-trasferiment ta’ fondi;
|
|
Artikolu 3 (4)
|
“prenditur” tfisser persuna li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment ta’ fondi;
|
|
Artikolu 3 (5)
|
“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser il-kategoriji ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tagħha u persuni ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE, li jipprovdu servizzi għat-trasferiment ta’ fondi;
|
|
Artikolu 3 (6)
|
“fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, li ma jkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ fondi f’isem il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur jew ta’ fornitur intermedjarju tas-servizzi ta’ pagament ieħor;
|
|
Artikolu 3 (7)
|
“kont tal-pagamenti” tfisser kont ta’ pagamenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
|
|
Artikolu 3 (8)
|
“fondi” tfisser fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
|
|
Artikolu 3 (9)
|
“trasferiment ta’ fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tal-inqas parzjalment issir b’mezzi elettroniċi f’isem pagatur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, bil-għan li l-fondi jkunu disponibbli għal prenditur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, irrispettivament minn jekk il-pagatur u l-prenditur humiex l-istess persuna u irrispettivament minn jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u dak tal-prenditur humiex l-istess, inklużi:
|
(a)
|
trasferiment ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
|
|
(b)
|
debitu dirett kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (23), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
|
|
(c)
|
rimessa ta’ flus kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (22), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, kemm nazzjonali jew transfruntiera;
|
|
(d)
|
trasferiment li jsir bl-użu ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili mħallas minn qabel jew li jitħallas wara;
|
|
|
Artikolu 3 (10)
|
“trasferiment ta’ kriptoassi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-għan li tittrasferixxi kriptoassi minn indirizz tar-reġistru distribwit, kont tal-kriptoassi jew apparat partikolari ieħor li jippermetti l-ħażna ta’ kriptoassi għal ieħor, imwettqa minn mill-inqas fornitur wieħed ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi f’isem oriġinatur jew benefiċjarju, irrispettivament minn jekk l-oriġinatur u l-benefiċjarju humiex l-istess persuna u irrispettivament minn jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur u dak tal-benefiċjarju humiex l-istess;
|
|
Artikolu 3 (11)
|
“trasferiment f’lottijiet” tfisser pakkett ta’ diversi trasferimenti individwali ta’ fondi jew trasferimenti ta’ kriptoassi li nġabru flimkien għal trażmissjoni;
|
|
Artikolu 3 (12)
|
“identifikatur uniku tat-tranżazzjoni” tfisser kumbinazzjoni ta’ ittri, numri jew simboli stabbiliti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, f’konformità mal-protokolli tas-sistemi ta’ pagament u saldu jew sistemi ta’ messaġġi użati għat-trasferiment ta’ fondi, jew determinati minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, li tippermetti t-traċċabbiltà tat-tranżazzjoni sal-pagatur u l-prenditur jew it-traċċabbiltà tal-kriptoassi tat-trasferiment sal-oriġinatur u l-benefiċjarju;
|
|
Artikolu 3 (13)
|
“trasferiment ta’ kriptoassi minn persuna għal oħra” tfisser trasferiment ta’ kriptoassi mingħajr l-involviment ta’ ebda fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
|
|
Artikolu 3 (14)
|
“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(2), (3) u (4) ta’ dak ir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala fondi;
|
|
Artikolu 3 (15)
|
“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114, meta jwettaq servizz tal-kriptoassi wieħed jew aktar kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament;
|
|
Artikolu 3 (16)
|
“fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, li ma jkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ kriptoassi f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju, jew ta’ fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi ieħor;
|
|
Artikolu 3 (17)
|
“kaxxiera awtomatiċi tal-kriptoassi” jew “ATMs tal-kripto” tfisser terminals elettroniċi fiżiċi jew online li jippermettu li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jwettaq, b’mod partikolari, l-attività tas-servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16)(j), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
|
|
Artikolu 3 (18)
|
“indirizz tar-reġistru distribwit” tfisser kodiċi alfanumeriku li jidentifika indirizz fuq network li juża teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT) jew teknoloġija simili fejn il-kriptoassi jistgħu jintbagħtu jew jiġu riċevuti;
|
|
Artikolu 3 (19)
|
“kont tal-kriptoassi ” tfisser kont miżmum minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’isem persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar u li jista’ jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi;
|
|
Artikolu 3 (20)
|
“indirizz awtoospitat” tfisser indirizz tar-reġistru distribwit li ma jkun konness mal-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
|
|
(b)
|
entità mhux stabbilita fl-Unjoni u li tipprovdi servizzi simili għal dawk ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
|
|
|
Artikolu 3 (21)
|
“oriġinatur” tfisser persuna li jkollha kont tal-kriptoassi ma’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, indirizz tar-reġistru distribwit jew apparat li jippermetti l-ħażna ta’ kriptoassi, u li tippermetti trasferiment ta’ kriptoassi minn dak il-kont, indirizz tar-reġistru distribwit, jew apparat, jew, fejn ma jkun hemm ebda kont bħal dan, indirizz tar-reġistru distribwit, jew apparat, persuna li tordna jew tibda trasferiment ta’ kriptoassi;
|
|
Artikolu 3 (22)
|
“benefiċjarju” tfisser persuna li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment tal-kriptoassi;
|
|
Artikolu 3 (23)
|
“identifikatur ta’ entità ġuridika” jew “LEI” tfisser kodiċi uniku ta’ referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 mogħti lil entità ġuridika;
|
|
Artikolu 3 (24)
|
“teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” tfisser teknoloġija ta’ reġistru distribwit kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.06.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1113
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|