+Artikolu 3 Rekwiżiti ġenerali għall-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
|
Artikolu 3 Rekwiżiti ġenerali għall-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness I sa IV biex iżommu u jaġġornaw ir-reġistru tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554, fil-livell tal-entità, jew fil-livell subkonsolidat u konsolidat.
|
|
Artikolu 3 2.
|
L-entitajiet finanjarji għandhom jiżguraw li l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tas-servizzi kollha tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi diretti tal-ICT;
(b)
informazzjoni dwar is-sottokuntratturi kollha li effettivament jirfdu s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 tkun preċiża u konsistenti. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw l-informazzjoni li tinsab fil-mudelli regolarment u għandhom jikkoreġu minnufih kwalunkwe żball jew diskrepanza misjuba. Fil-każ ta’ gruppi, l-entitajiet finanzjarji responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament tar-reġistru tal-informazzjoni fil-livell subkonsolidat u konsolidat għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fir-rigward tal-livell tal-entità fil-konsolidazzjoni tkun korretta u konsistenti mal-informazzjoni fil-livell subkonsolidat u konsolidat.
|
|
Artikolu 3 4.
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 taderixxi mal-prinċipji tal-kwalità tad-data li ġejjin:
|
|
Artikolu 3 5.
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI, legal entity identifier) validu u attiv jew l-Identifikatur Uniku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 (“EUID”, European Unique Identifier) biex jidentifikaw il-fornituri terzi kollha tagħhom ta’ servizzi tal-ICT li huma persuni ġuridiċi, ħlief għal individwi li jaġixxu f’kapaċità kummerċjali.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Meta servizz tal-ICT ipprovdut minn fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti tal-entitajiet finanzjarji, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw, permezz tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT, li s-sottokuntratturi kollha tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT inklużi fir-reġistru tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), li effettivament jirfdu/jappoġġjaw servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, jużaw LEI validu u attiv jew jipprovdu l-EUID tagħhom, ħlief jekk dawk is-sottokuntratturi jkunu individwi li jaġixxu f’kapaċità kummerċjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
- Builddate: 02.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|