+ANNESS XIX
|
ANNESS XIX
ANNESS XIX
STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-FORMOLA TAL-GĦODOD TA’ MONITORAĠĠ ADDIZZJONALI TAL-ANNESS XVIII
1. Għodod ta’ Monitoraġġ Addizzjonali
1.1. Ġenerali
2. Il-finanzjament totali għandu jkun l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha minbarra derivattivi u pożizzjonijiet qosra;
3. Finanzjament ta’ kwalunkwe tip b’maturità miftuħa inkluż depożiti ta’ bla avviż għandhom jitqiesu li jimmaturaw mil-lum għal għada.
4. Maturità oriġinali għandha tirrappreżenta ż-żmien bejn id-data tal-bidu u d-data tal-maturità tal-finanzjament. Id-data tal-maturità tal-finanzjament għandha tkun determinata f’konformità mal-paragrafu 12 tal-Anness XXIII. Dan ifisser li f’każ ta’ opzjonalità bħal fil-każ tal-punt 12 tal-Anness XXIII, il-maturità oriġinali ta’ entrata ta’ finanzjament tista’ tkun iqsar miż-żmien li jkun għadda mill-bidu tagħha.
5. Maturità residwa għandha tirrappreżenta ż-żmien bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rapportar u d-data tal-maturità tal-finanzjament. Id-data tal-maturità tal-finanzjament għandha tkun determinata f’konformità mal-punt 12 tal-Anness XXIII.
6. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-maturità medja ponderata oriġinali jew residwa, depożiti li jimmaturaw mil-lum għal għada jew finanzjament ta’ kwalunkwe tip b’maturità miftuħa għandhom jitqiesu li għandhom maturità ta’ jum wieħed.
7. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-maturità oriġinali u residwa, fejn hemm finanzjament b’perjodu ta’ avviż jew kanċellazzjoni jew klawsola ta’ rtirar bikri għall-kontroparti tal-istituzzjoni, għandu jiġi preżunt l-irtirar fl-ewwel data possibbli.
8. Għal obbligazzjonijiet perpetwi, ħlief fejn ikun soġġett għal opzjonalità kif imsemmi fil-punt 12 tal-Anness XXIII, għandha tiġi preżunta maturità fissa oriġinali u residwa ta’ 20 sena.
9. Għall-kalkolu tal-livell limitu perċentwali msemmi fil-formoli C 67.00 b’munita sinifikanti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-livell limitu ta’ 1 % tal-obbligazzjonijiet totali fil-muniti kollha.
1.2. Konċentrazzjoni tal-finanzjament minn kontroparti (C 67.00)
1. Sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tal-finanzjament minn kontroparti tal-istituzzjonijiet tar-rapportar fil-formola C 67.00, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet li jinsabu f’din it-taqsima.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ikbar għaxar kontropartijiet jew grupp ta’ klijenti konnessi kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (39), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-fondi miksuba minn kull kontroparti jew grupp ta’ klijenti konnessi jaqbżu l-livell limitu ta’ 1 % tal-obbligazzjonijiet totali fir-ringieli minn 020 sa 110 tat-Taqsima 1 tal-formola. Il-kontroparti rapportata fl-entrata 1.01 għandha tkun l-akbar ammont ta’ finanzjament riċevut minn kontroparti waħda jew grupp ta’ klijenti konnessi, li huwa ogħla mil-livell limitu ta’ 1 % fid-data tar-rapportar. L-entrata 1.02 għandha tkun it-tieni l-akbar ogħla mil-livell limitu ta’ 1 %, u b’mod simili għall-bqija tal-entrati.
3. Meta kontroparti tappartjeni għal diversi gruppi ta’ klijenti konnessi, din għandha tkun rapportata biss darba fil-grupp bl-ogħla ammont ta’ finanzjament.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw it-total tal-bqija tal-finanzjament l-ieħor kollu fit-Taqsima 2
5. It-total tat-Taqsima 1 (L-akbar għaxar Kontropartijiet) u t-Taqsima 2 (Il-finanzjament l-ieħor kollu) għandu jkun daqs il-finanzjament totali ta’ istituzzjoni skont il-karta bilanċjali tagħha rapportata skont il-qafas tar-rapportar finanzjarju (FINREP - li jirrappreżenta l-obbligazzjonijiet finanzjarji aġġustati għall-esklużjoni tad-derivattivi u l-pożizzjonijiet qosra, f’konformità mal-punt 2 mit-Taqsima 1.1) għal dawk il-perjodi tar-rapportar li fihom iż-żewġ rapporti jkunu disponibbli (eż. Finrep Q1 u C 67.00 ta’ Marzu/Q1).
6. Għal kull kontroparti, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kolonni kollha minn 0010 sa 0080.
7. Meta l-finanzjament jinkiseb f’aktar minn tip ta’ prodott wieħed, it-tip rapportat għandu jkun il-prodott li fih ikun inkiseb l-ikbar proporzjon ta’ finanzjament. L-identifikazzjoni tad-detentur sottostanti ta’ titoli tista’ ssir fuq bażi tal-aħjar sforzi. Meta istituzzjoni jkollha informazzjoni dwar id-detentur ta’ titoli permezz tar-rwol tagħha ta’ gwardjan tal-bank, din għandha tqis dak l-ammont għar-rapportar tal-konċentrazzjoni ta’ kontropartijiet. Meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar id-detentur tat-titoli, l-ammont korrispondenti ma għandux għalfejn jiġi rapportat.
8. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi:
|
Kolonna
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
0010
|
Isem il-Kontroparti
L-isem ta’ kull kontroparti li l-finanzjament miksub mingħandha jaqbeż 1 % tal-obbligazzjonijiet totali għandu jiġi reġistrat fil-kolonna 0010 f’ordni dekrexxenti, jiġifieri fl-ordni tad-daqs ta’ finanzjament miksub.
L-isem tal-kontroparti, sew jekk entità ġuridika kif ukoll jekk persuna fiżika, għandu jiġi rapportat. Meta l-kontroparti tkun entità ġuridika, l-isem tal-kontroparti rreġistrat għandu jkun l-isem sħiħ tal-entità ġuridika li l-finanzjament ikun derivat mingħandha inkluż kwalunkwe referenza għat-tip ta’ kumpanija f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-kumpaniji.
Fil-każijiet fejn il-grupp ta’ klijenti konnessi ma jkollux kumpanija omm, il-kontroparti li għandha tiġi rapportata għandha tkun l-entità individwali, li tkun meqjusa mill-istituzzjoni bħala l-iżjed sinifikanti fil-grupp tal-klijenti konnessi. Fi kwalunkwe każ ieħor, dan għandu jikkorrispondi għal kontroparti individwali.
|
|
0015
|
Kodiċi
Dan il-kodiċi huwa identifikatur tar-ringiela u għandu jkun uniku għal kull kontroparti. Għall-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi identifikatur ta’ entità ġuridika (legal entity identifier, LEI). Għal entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI, jew jekk dan ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u jintuża b’mod konsistenti fil-formoli kollha u tul iż-żmien. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.
|
|
0016
|
Tip ta’ kodiċi
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw it-tip ta’ kodiċi rapportat fil-kolonna 0015 bħala “kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”.
It-tip tal-kodiċi għandu jiġi rapportat dejjem.
|
|
0017
|
Kodiċi nazzjonali
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrapportaw ukoll il-kodiċi nazzjonali meta jirrapportaw kodiċi LEI bħala identifikatur bħal fil-kolonna “Kodiċi”.
|
|
0030
|
Settur ta’ Kontroparti
Għandu jiġi allokat settur wieħed għal kull kontroparti fuq il-bażi tal-klassijiet tas-settur ekonomiku [FINREP] li ġejjin (il-Parti 1, l-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni):
(i) Banek Ċentrali; (ii) Gvernijiet Estiżi; (iii) Istituzzjonijiet ta’ kreditu; (iv) Impriżi finanzjarji oħrajn; (v) Impriżi mhux finanzjarji; (vi) Unitajiet domestiċi.
Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, ma għandu jiġi rapportat l-ebda settur.
|
|
0040
|
Residenza tal-Kontroparti
Għandu jintuża l-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż tal-inkorporazzjoni tal-kontroparti, inklużi kodiċijiet pseudo-ISO għal organizzazzjonijiet internazzjonali, disponibbli fl-aktar edizzjoni riċenti tal-“Vademecum tal-Bilanċ tal-Pagamenti” tal-Eurostat.
Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, ma għandu jiġi rapportat l-ebda pajjiż.
|
|
0050
|
Tip ta’ Prodott
Il-kontropartijiet rapportati fil-kolonna 0010 għandhom jiġu assenjati tip ta’ prodott, li jikkorrispondi għall-prodott maħruġ fejn il-finanzjament ġie riċevut jew li fih ġie riċevut l-ikbar proporzjon ta’ finanzjament għal tipi ta’ prodotti mħallta, bl-użu tal-kodiċijiet li ġejjin indikati b’tipa grassa:
UWF (finanzjament tal-operaturi mhux garantit miksub minn klijenti finanzjarji inkluż flus interbankarji)
UWNF (finanzjament tal-operaturi mhux garantit miksub minn klijenti mhux finanzjarji)
SFT (finanzjament miksub minn ftehimiet ta’ riakkwist kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (82), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)
CB (finanzjament miksub minn ħruġ ta’ bonds koperti kif definit fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE)
ABS (finanzjament miksub minn ħruġ ta’ titoli garantiti b’assi inkluża l-karta kummerċjali garantita b’assi)
CBM (finanzjament mill-bank ċentrali relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja)
IGUWF (finanzjament tal-operaturi mhux garantit miksub minn kontropartijiet intragrupp)
IGSWF (finanzjament tal-operaturi garantit miksub minn kontropartijiet intragrupp)
OSWF (finanzjament tal-operaturi garantit ieħor)
OFP (prodotti oħra ta’ finanzjament, eż. finanzjament fil-livell tal-konsumatur)
|
|
0060
|
Ammont Riċevut
L-ammont totali tal-finanzjament riċevut minn kontropartijiet rapportati fil-kolonna 0010 għandu jiġi reġistrat fil-kolonna 0060 u l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont riportat hemmhekk.
|
|
0070
|
Maturità medja ponderata oriġinali
Għall-ammont ta’ finanzjament riċevut rapportat fil-kolonna 0060, mill-kontroparti rapportata fil-kolonna 0010, fil-kolonna 0070 għandha tiġi reġistrata maturità medja ponderata oriġinali (f’jiem) għal dak il-finanzjament.
Il-medja ponderata tal-maturità oriġinali għandha tiġi kkalkolata bħala l-medja tal-maturità oriġinali (f’jiem) tal-finanzjament riċevut minn dik il-kontroparti. Il-medja għandha tkun ponderata għad-daqs, abbażi tad-daqs ta’ ammonti differenti ta’ finanzjament riċevut bi proporzjon għat-total ta’ finanzjament riċevut minn dik il-kontroparti.
Għal obbligazzjonijiet perpetwi, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu maturità fissa ta’ 20 sena u maturità ta’ jum għal depożiti fuq talba.
|
|
0080
|
Maturità medja ponderata residwa
Għall-ammont ta’ finanzjament riċevut rapportat fil-kolonna 0060, mill-kontroparti rapportata fil-kolonna 0010, fil-kolonna 0080 għandha tiġi reġistrata maturità medja ponderata residwa, f’jiem, għal dak il-finanzjament.
Il-medja ponderata tal-maturità residwa għandha tiġi kkalkolata bħala l-medja tal-maturità, f’jiem li jkun għad fadal, tal-finanzjament riċevut minn dik il-kontroparti. Il-medja għandha tkun ponderata għad-daqs, abbażi tad-daqs ta’ ammonti differenti ta’ finanzjament riċevut bi proporzjon għat-total ta’ finanzjament riċevut minn dik il-kontroparti.
Għal obbligazzjonijiet perpetwi, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu maturità fissa ta’ 20 sena u maturità ta’ jum għal depożiti fuq talba.
|
1.3. Konċentrazzjoni tal-finanzjament skont it-tip ta’ prodott (C 68.00)
1. Din il-formola tiġbor informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tal-finanzjament tal-istituzzjonijiet tar-rapportar skont it-tip ta’ prodott, diżaggregata fit-tipi ta’ finanzjament kif speċifikat fl-istruzzjonijiet segwenti dwar ir-ringieli:
|
Ringiela
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
0010
|
1. Finanzjament fil-livell tal-konsumatur
Depożiti fil-livell tal-konsumatur kif definit fl-Artikolu 411, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u bonds fil-livell tal-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 28(6), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61.
|
|
0020
|
1.1. li minnu depożiti ta’ bla avviż;
Mill-finanzjament fil-livell tal-konsumatur tar-ringiela 0010 dawk li huma depożiti ta’ bla avviż.
|
|
0031
|
1.2. li minnu depożiti b’terminu mhux prelevabbli fi żmien it-30 jum ta’ wara;
Mill-finanzjament fil-livell tal-konsumatur tar-ringiela 0010 dawk li huma depożiti b’terminu mhux prelevabbli fi żmien it-30 jum ta’ wara.
|
|
0041
|
1.3. li minnu depożiti b’terminu prelevabbli fi żmien it-30 jum ta’ wara;
Mill-finanzjament fil-livell tal-konsumatur tar-ringiela 0010 dawk li huma depożiti b’terminu prelevabbli fi żmien it-30 jum ta’ wara.
|
|
0070
|
1.4. Kontijiet tat-tfaddil
Mill-finanzjament fil-livell tal-konsumatur tar-ringiela 0010 dawk li huma kontijiet tat-tfaddil b’waħda minn dawn il-karatteristiki:
— b’perjodu ta’ avviż għall-prelevament ta’ iktar minn 30 jum
— mingħajr perjodu ta’ avviż għall-prelevament li jkun ta’ iktar minn 30 jum.
Din ir-ringiela ma għandhiex tiġi rapportata.
|
|
0080
|
1.4.1. b’perjodu ta’ avviż għall-prelevament ta’ iktar minn 30 jum;
Mill-finanzjament għall-konsumatur tar-ringiela 0010 dawk li huma kontijiet tat-tfaddil b’perjodu ta’ avviż għall-prelevament ta’ iktar minn 30 jum
|
|
0090
|
1.4.2. mingħajr perjodu ta’ avviż għall-prelevament li jkun ta’ iktar minn 30 jum
Mill-finanzjament għall-konsumatur tar-ringiela 0010 dawk li huma kontijiet tat-tfaddil mingħajr perjodu ta’ avviż għall-ħruġ li jkun ta’ iktar minn 30 jum.
|
|
0100
|
2. Finanzjament tal-operaturi
Il-kontropartijiet kollha apparti dawk ta’ depożiti fil-livell tal-konsumatur kif definit fl-Artikolu 411, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Din ir-ringiela ma għandhiex tiġi rapportata.
|
|
0110
|
2.1. Finanzjament tal-operaturi mhux garantit;
Il-kontropartijiet kollha apparti dawk ta’ depożiti fil-livell ta’ konsumatur kif definit fl-Artikolu 411, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-finanzjament mhuwiex garantit.
|
|
0120
|
2.1.1. li minnu self u depożiti minn klijenti finanzjarji;
Mill-finanzjament fir-ringiela 0110, dawk li jikkonsistu f’self u depożiti minn klijenti finanzjarji.
Finanzjament minn banek ċentrali għandu jkun eskluż minn din ir-ringiela.
|
|
0130
|
2.1.2. li minnu self u depożiti minn klijenti mhux finanzjarji;
Mill-finanzjament fir-ringiela 0110, dawk li jikkonsistu f’self u depożiti minn klijenti mhux finanzjarji.
Finanzjament minn banek ċentrali għandu jkun eskluż minn din ir-ringiela.
|
|
0140
|
2.1.3. li minnu self u depożiti minn entitajiet intragrupp;
Mill-finanzjament fir-ringiela 0110, dawk li jikkonsistu f’self u depożiti minn entitajiet intragrupp, fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE.
Il-finanzjament tal-operaturi minn entitajiet intragrupp għandu jiġi rapportat biss fuq bażi individwali jew subkonsolidata.
|
|
0150
|
2.2. Finanzjament tal-operaturi garantit;
Il-kontropartijiet kollha apparti dawk ta’ depożiti fil-livell ta’ konsumatur kif definit fl-Artikolu 411, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-finanzjament huwa garantit.
|
|
0160
|
2.2.1. li minnu Tranżazzjonijiet ta’ Finanzjament tat-Titoli;
Mill-finanzjament fir-ringiela 0150, li huwa finanzjament miksub minn ftehimiet ta’ riakkwist kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (82) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0170
|
2.2.2. li minnu ħruġ ta’ bonds koperti;
Mill-finanzjament fir-ringiela 0150, li huwa finanzjament miksub minn ħruġ ta’ bonds koperti kif definit fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.
|
|
0180
|
2.2.3. li minnu ħruġ ta’ titoli garantiti b’assi;
Mill-finanzjament fir-ringiela 0150, li huwa finanzjament miksub minn ħruġ ta’ titoli garantiti b’assi inkluża l-karta kummerċjali garantita b’assi.
|
|
0190
|
2.2.4. li minnu obbligazzjonijiet finanzjarji għajr derivattivi u pożizzjonijiet qosra minn entitajiet intragrupp.
Mill-finanzjament fir-ringiela 0150, li huwa finanzjament miksub minn entitajiet intragrupp, fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE.
Il-finanzjament tal-operaturi minn entitajiet intragrupp għandu jiġi rapportat biss fuq bażi individwali jew subkonsolidata.
|
3. Għal kull tip ta’ prodott, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kolonni kollha minn 0010 sa 0050.
4. Iċ-ċifri rapportati fir-ringieli 1. “Livell tal-konsumatur”, 2.1 “Finanzjament tal-operaturi mhux garantit”, 2.2 “Finanzjament tal-operaturi garantit”, jistgħu jinkludu tipi ta’ prodott minn bażi usa’ mill-entrati “li minnu” sottostanti.
5. L-ekwità ma għandhiex tiġi rapportata f’din il-formola.
6. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi:
|
Kolonna
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
0010
|
Ammont riportat riċevut
L-ammont riportat ta’ finanzjament riċevut għal kull waħda mit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott” għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0010 tal-formola
|
|
0020
|
Ammont kopert minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz
Mill-ammont totali ta’ finanzjament riċevut għal kull waħda mit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott” rapportati fil-kolonna 0010, l-ammont li huwa kopert minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz.
Nota: l-ammonti rapportati fil-kolonna 0020 u l-kolonna 0030, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott”, għandhom ikunu ugwali għall-ammont totali riċevut rapportat fil-kolonna 0010.
|
|
0030
|
Ammont mhux kopert minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz
Mill-ammont totali ta’ finanzjament riċevut għal kull waħda mit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott” rapportati fil-kolonna 0010, l-ammont li mhuwiex kopert minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz.
Nota: l-ammonti rapportati fil-kolonna 0020 u l-kolonna 0030, għal kull waħda mit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott”, għandhom ikunu ugwali għall-ammont totali riċevut rapportat fil-kolonna 0010.
|
|
0040
|
Maturità medja ponderata oriġinali
Għall-ammont ta’ finanzjament riċevut rapportat fil-kolonna 0010, mit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott”, fil-kolonna 0040 għandha tiġi reġistrata maturità medja ponderata oriġinali (f’jiem) għal dak il-finanzjament.
Il-medja ponderata tal-maturità oriġinali għandha tiġi kkalkolata bħala maturità oriġinali medja (f’jiem) tal-finanzjament riċevut għal dak it-tip ta’ prodott. Il-medja għandha tkun ponderata għad-daqs, abbażi tad-daqs ta’ ammonti differenti ta’ finanzjament riċevuti bi proporzjon għat-total ta’ finanzjament riċevut mill-ħruġ kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott.
|
|
0050
|
Maturità medja ponderata residwa
Għall-ammont ta’ finanzjament riċevut rapportat fil-kolonna 0010, mit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-kolonna “Isem il-prodott”, fil-kolonna 0050 għandha tiġi reġistrata maturità medja ponderata oriġinali (f’jiem) għal dak il-finanzjament.
Il-medja ponderata tal-maturità residwa għandha tiġi kkalkolata bħala l-maturità medja (f’jiem) li fadal tal-finanzjament riċevut għal dak it-tip ta’ prodott. Il-medja għandha tkun ponderata għad-daqs, abbażi tad-daqs ta’ ammonti differenti ta’ finanzjament riċevuti bi proporzjon għat-total ta’ finanzjament riċevut mill-ħruġ kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott.
|
1.4. Prezzijiet għal Tulijiet Varji ta’ Finanzjament (C 69.00)
1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-volum tat-tranżazzjonijiet u l-prezzijiet imħallsa minn istituzzjonijiet għal finanzjament miksub matul il-perjodu tar-rapportar u li tkun għadha preżenti fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportar fil-formola C 69.00, f’konformità mal-maturitajiet oriġinali segwenti:
(a)
mil-lum għal għada fil-kolonni 0010 u 0020;
(b)
aktar minn mil-lum għal għada u ġimgħa jew inqas fil-kolonni 0030 u 0040;
(c)
aktar minn ġimgħa u xahar jew inqas fil-kolonni 0050 u 0060;
(d)
aktar minn xahar u tliet xhur jew inqas fil-kolonni 0070 u 0080;
(e)
aktar minn tliet xhur u sitt xhur jew inqas fil-kolonni 0090 u 0100;
(f)
aktar minn sitt xhur u sena jew inqas fil-kolonni 0110 u 0120;
(g)
aktar minn sena u sentejn jew inqas fil-kolonni 0130 u 0140;
(h)
aktar minn sentejn u ħames snin jew inqas fil-kolonni 0150 u 0160;
(i)
aktar minn ħames snin u għaxar snin jew inqas fil-kolonni 0170 u 0180.
Fil-każ ta’ rivalwazzjonijiet tal-munita, ma jkun inkiseb l-ebda finanzjament ġdid fil-munita oriġinali u l-istituzzjoni tar-rapportar ma tkun ħallset xejn aktar mill-prezz oriġinali mad-depożitu inizjali tal-fondi. Għalhekk, inkrement pożittiv ikkawżat mir-rivalwazzjoni tal-munita ma jiġix rapportat f’din il-formola.
Sorsi ta’ finanzjament b’maturità oriġinali ta’ aktar minn 10 snin ma għandhomx jiġu rapportati.
2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ maturità tal-finanzjament miksub, l-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw il-perjodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu, eż. obbligazzjoni ta’ tliet xhur li għandha d-data tas-saldu fi żmien ġimagħtejn tiġi rapportata fil-maturità ta’ 3 xhur (il-kolonni 0070 u 0080).
3. Il-firxa rapportata fil-kolonna tax-xellug ta’ kull medda ta’ żmien għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
4. il-firxa pagabbli mill-istituzzjoni għal obbligazzjonijiet ta’ sena jew inqas, kieku kellhom jiġu skambjati għall-indiċi tal-punt ta’ riferiment mil-lum għal għada għall-munita xierqa mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata tax-xogħol fil-jum tat-tranżazzjoni;
5. il-firxa pagabbli mill-kumpanija mal-ħruġ għal obbligazzjonijiet b’maturità oriġinali ta’ iktar minn sena, kieku kellhom jiġu skambjati għall-indiċi ta’ riferiment ta’ tliet xhur rilevanti għall-munita rilevanti (eż. EURIBOR għal tliet xhur għall-EUR), mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata tax-xogħol fil-jum tat-tranżazzjoni.
6. Unikament għall-finijiet tal-kalkolu tal-firxa skont il-punti a) u b) ta’ hawn fuq, fuq il-bażi ta’ esperjenza storika, l-istituzzjoni tista’ tiddetermina l-maturità oriġinali bi jew mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-opzjonalità, kif xieraq.
7. Il-firxiet għandhom jiġu rapportati f’punti bażi b’sinjal negattiv f’każ li finanzjament ġdid huwa irħas milli taħt ir-rata ta’ referenza rilevanti. Dawn għandhom ikunu kkalkolati fuq bażi ta’ medja ponderata.
8. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-firxa medja pagabbli fuq għadd ta’ ħruġ/depożiti/self, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw il-kost totali fil-munita tal-ħruġ u jinjoraw kwalunkwe swap tal-valuti skont ir-rata tal-kambju, iżda għandhom jinkludu kwalunkwe primjum jew skont u miżati pagabbli jew riċevibbli, abbażi tat-terminu ta’ kwalunkwe swap tar-rata tal-imgħax teoretiku jew reali li jaqbel mat-terminu tal-obbligazzjoni. Il-firxa għandha tkun ir-rata tal-obbligazzjoni nieqsa r-rata ta’ swap.
9. L-ammont ta’ finanzjament miksub għall-kategoriji ta’ finanzjament elenkati fil-kolonna “Entrata” għandu jiġi rapportat fil-kolonna “volum” tal-medda ta’ żmien applikabbli.
10. Fil-kolonna “volum”, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-ammonti li jirrappreżentaw l-ammont riportat fil-kotba tal-finanzjament ġdid miksub fil-ħin applikabbli skont il-maturità oriġinali.
11. Rigward l-entrati kollha, anki fil-każ tal-impenji mhux fil-karta bilanċjali, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw biss dawk l-ammonti relatati riflessi fil-karta bilanċjali. Impenn mhux fil-karta bilanċjali pprovdut lill-istituzzjoni għandu jiġi rapportat biss f’C 69.00 wara ġbid ta’ kreditu. Fil-każ ta’ ġbid ta’ kreditu, il-volum u l-firxa li għandhom jiġu rapportati għandhom ikunu l-ammont u l-firxa applikabbli fi tmiem il-perjodu tar-rapportar. Meta l-ġbid ta’ kreditu ma jistax jiġi riportat skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, il-maturità proprja tal-ġbid ta’ kreditu għandha tiġi rrapportata. Meta l-istituzzjoni tkun diġà ġibdet fuq il-faċilità fi tmiem il-perjodu tar-rapportar preċedenti, u meta l-istituzzjoni sussegwentement iżżid l-użu tal-faċilità, għandu jiġi rapportat biss l-ammont addizzjonali.
12. Depożiti fil-livell ta’ klijenti fil-livell tal-konsumatur għandhom jikkonsistu minn depożiti kif definit fl-Artikolu 411, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
13. Għal finanzjament li jkun riportat matul il-perjodu ta’ rapportar li jkun għadu pendenti fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, għandha tiġi rapportata l-medja tal-firxiet li kienu japplikaw dak iż-żmien (jiġifieri fi tmiem il-perjodu tar-rapportar). Għall-finijiet ta’ C 69.00, finanzjament li jiġi riportat u jkun għadu jeżisti fi tmiem il-perjodu tar-rapportar għandu jitqies li jirrappreżenta finanzjament ġdid.
14. B’devjazzjoni mill-bqija tat-Taqsima 1.4, il-volum u l-firxa ta’ depożiti ta’ bla avviż għandhom jiġu rapportati biss meta d-depożitant ma kellux depożitu ta’ bla avviż fil-perjodu tar-rapportar preċedenti jew meta jkun hemm żieda fl-ammont depożitat meta mqabbel mad-data ta’ referenza preċedenti, f’liema każ iż-żieda għandha tkun trattata bħala finanzjament ġdid. Il-firxa għandha tkun dik ta’ tmiem il-perjodu.
15. Meta ma jkun hemm xejn x’jiġi rapportat, iċ-ċelloli relatati mal-firxiet għandhom jitħallew vojta.
16. L-ekwità ma għandhiex tiġi rapportata f’din il-formola.
17. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi:
|
Ringiela
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
0010
|
1 Finanzjament Totali
Il-volum totali u l-firxa medja ponderata tal-finanzjament kollu għandhom ikunu miksuba għat-tulijiet kollha li ġejjin skont kif ġej:
(a) mil-lum għal għada fil-kolonni 0010 u 0020;
(b) aktar minn mil-lum għal għada u ġimgħa jew inqas fil-kolonni 0030 u 0040;
(c) aktar minn ġimgħa u xahar jew inqas fil-kolonni 0050 u 0060;
(d) aktar minn xahar u tliet xhur jew inqas fil-kolonni 0070 u 0080;
(e) aktar minn tliet xhur u sitt xhur jew inqas fil-kolonni 0090 u 0100;
(f) aktar minn sitt xhur u sena jew inqas fil-kolonni 0110 u 0120;
(g) aktar minn sena u sentejn jew inqas fil-kolonni 0130 u 0140;
(h) aktar minn sentejn u ħames snin jew inqas fil-kolonni 0150 u 0160;
(i) aktar minn ħames snin u għaxar snin jew inqas fil-kolonni 0170 u 0180.
|
|
0020
|
1.1 Finanzjament fil-livell tal-konsumatur
Mill-finanzjament totali rapportat fl-entrata 1, il-volum totali u l-firxa medja ponderata ta’ finanzjament fil-livell tal-konsumatur miksub.
|
|
0030
|
1.2 Finanzjament tal-operaturi mhux garantit
Mill-finanzjament totali fl-entrata 1, il-volum totali u l-firxa medja ponderata ta’ finanzjament tal-operaturi mhux garantit miksub.
|
|
0035
|
1.2.1 li minnu: Titoli superjuri mhux garantiti
Mill-finanzjament tal-operaturi mhux garantit rapportat fl-entrata 1.2, il-volum totali u l-firxa medja ponderata ta’ titoli superjuri mhux garantiti miksuba.
|
|
0045
|
1.3 Finanzjament garantit (mhux Bank Ċentrali)
Mill-finanzjament totali rapportat fl-entrata 1, il-volum totali u l-firxa medja ponderata ta’ finanzjament garantit miksub minn kontroparti, li mhijiex Bank Ċentrali.
|
|
0065
|
1.3.1 li minnu: Bonds koperti
Mill-finanzjament garantit rapportat fl-entrata 1.3, il-volum totali u l-firxa medja ponderata tal-ħruġ ta’ bonds koperti kollu li jkun jaggrava l-assi proprji tal-istituzzjonijiet.
|
|
0075
|
1.3.2 li minnu: Titoli garantiti b’assi inkluż ABCP
Mill-finanzjament garantit rapportat fl-entrata 1.3, il-volum totali u l-firxa tal-medja ponderata tal-ħruġ ta’ titoli garantiti b’assi inkluża l-karta kummerċjali garantita b’assi.
|
|
0080
|
1.4 Finanzjament ieħor
Mill-finanzjament totali rapportat fl-entrata 1, il-volum totali u l-firxa medja ponderata ta’ finanzjament mhux inkluż fl-entrati minn 1.1 sa 1.3, inkluż finanzjament garantit minn Banek Ċentrali.
|
1.5. Riportament tal-finanzjament (C 70.00)
1. Din il-formola tiġbor informazzjoni dwar il-volum ta’ fondi li se jimmaturaw u finanzjament ġdid miksub, jiġifieri “riportament tal-finanzjament” fuq bażi ta’ kuljum matul ix-xahar qabel id-data tar-rapportar.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw, f’jiem kalendarji, il-finanzjament li għandhom li se jimmatura fil-meded ta’ żmien li ġejjin f’konformità mal-maturità oriġinali:
(a)
mil-lum għal għada fil-kolonni minn 0010 sa 0040;
(b)
bejn jum u sebat ijiem fil-kolonni minn 0050 sa 0080;
(c)
bejn 7 ijiem u 14-il jum fil-kolonni minn 0090 sa 0120;
(d)
bejn 14-il jum u xahar fil-kolonni minn 0130 sa 0160;
(e)
bejn xahar u tliet xhur fil-kolonni minn 0170 sa 0200;
(f)
bejn tliet xhur u sitt xhur fil-kolonni minn 0210 sa 0240;
(g)
f’aktar minn sitt xhur fil-kolonni minn 0250 sa 0280.
3. Għal kull medda ta’ żmien deskritta fil-punt 2, l-ammont li se jimmatura għandu jiġi rapportat fil-kolonna tax-xellug, l-ammont ta’ fondi riportati għandu jiġi rapportat fil-kolonna “Riportament”, il-fondi ġodda miksuba għandhom jiġu rapportati fil-kolonna “Fondi Ġodda” u d-differenza netta bejn fondi ġodda fuq naħa u r-riportament wara li jitnaqqsu l-fondi li qed jimmaturaw min-naħa l-oħra għandha tiġi rapportata fil-kolonna tal-lemin.
4. Il-flussi ta’ flus totali netti għandhom jiġu rapportati fil-kolonna 290 u għandhom ikunu ugwali għas-somma tal-kolonni “Nett” kollha enumerati 0040, 0080, 0120, 0160, 0200, 0240 u 0280.
5. It-terminu medju ta’ finanzjament, f’jiem, għal fondi ta’ terminu li se jimmaturaw għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0300.
6. It-terminu medju ta’ finanzjament, f’jiem, għal fondi li ġew riportati għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0310
7. It-terminu medju ta’ finanzjament, f’jiem, għal fondi ta’ terminu ġdid għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0320.
8. L-ammont ta’ “Maturità” għandu jinkludi l-obbligazzjonijiet kollha li kienu kuntrattwalment prelevabbli mill-fornitur tal-finanzjament jew dovuti fid-data rilevanti fil-perjodu tar-rapportar. Dan għandu dejjem jiġi rapportat b’simbolu pożittiv.
9. L-ammont ta’ “Riportament” għandu jinkludi l-ammont li jimmatura kif definit fil-punti 2 u 3 li jibqa’ mal-istituzzjoni fil-jum ikkonċernat tal-perjodu tar-rapportar. Dan għandu dejjem jiġi rapportat b’simbolu pożittiv. Meta l-maturità tal-finanzjament inbidlet minħabba event ta’ riportament, l-ammont ta’ “riportament” għandu jiġi rapportat fil-medda ta’ żmien tal-maturità l-ġdida.
10. L-ammont “Fondi ġodda” għandu jinkludi influssi attwali ta’ finanzjament fil-jum rilevanti fil-perjodu tar-rapportar. Dan għandu dejjem jiġi rapportat b’simbolu pożittiv.
11. L-ammont “Nett” għandu jitqies bħala bidla ta’ finanzjament fi ħdan faxxa ta’ żmien ta’ maturità oriġinali partikolari fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar, u għandu jiġi kkalkolat billi jingħaddu fil-kolonna “nett” il-fondi ġodda flimkien mal-fondi riportati waqt li jitnaqqsu l-fondi li jimmaturaw.
12. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi:
|
Kolonna
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
minn 0010 sa 0040
|
Mil-lum għal għada
L-ammont totali ta’ finanzjament li se jimmatura fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali mil-lum għal għada għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0010 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali mil-lum għal għada għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0020 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid miksub fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali mil-lum għal għada għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0030 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura ta’ kuljum, u fuq in-naħa l-oħra, riportament flimkien ma’ finanzjament ta’ kuljum ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0040 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
minn 0050 sa 0080
|
> jum ≤ sebat ijiem
L-ammont totali ta’ finanzjament li se jimmatura fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn jum u ġimgħa għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0050 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn jum u ġimgħa għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0060 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid miksub fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn jum u ġimgħa għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0070 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura, u fuq in-naħa l-oħra, riportament flimkien ma’ finanzjament ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0080 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
minn 0090 sa 0120
|
> 7 ijiem ≤ 14-il jum
L-ammont totali ta’ finanzjament li se jimmatura fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn ġimgħa u ġimagħtejn għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0090 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn ġimgħa u ġimagħtejn għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0100 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid miksub fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn ġimgħa u ġimagħtejn għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0110 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura, u fuq in-naħa l-oħra, riportamenti flimkien ma’ finanzjament ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0120 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
minn 0130 sa 0160
|
> 14-il jum ≤ xahar
L-ammont totali ta’ finanzjament li se jimmatura fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn ġimagħtejn u xahar għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0130 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn ġimagħtejn u xahar għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0140 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid miksub fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn ġimagħtejn u xahar għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0150 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura, u fuq in-naħa l-oħra, riportamenti flimkien ma’ finanzjament ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0160 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
minn 0170 sa 0200
|
> xahar ≤ tliet xhur
L-ammont totali ta’ finanzjament li se jimmatura fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn xahar u tliet xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0170 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn xahar u tliet xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0180 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid miksub fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn xahar u tliet xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0190 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura, u fuq in-naħa l-oħra, riportamenti flimkien ma’ finanzjament ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0200 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
minn 0210 sa 0240
|
> tliet xhur ≤ sitt xhur
L-ammont totali ta’ finanzjament fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn tliet xhur u sitt xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0210 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu ta’ rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn tliet xhur u sitt xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0220 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ bejn tliet xhur u sitt xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0230 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura, u fuq in-naħa l-oħra, riportamenti flimkien ma’ finanzjament ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0240 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
minn 0250 sa 0280
|
> sitt xhur
L-ammont totali ta’ finanzjament li se jimmatura fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sitt xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0250 tal-entrata f’linja 1.1-1.31. Għal xhur b’inqas minn 31 jum kif ukoll għal tmiem il-ġimgħa, il-linji irrilevanti għandhom jitħallew vojta.
L-ammont totali ta’ finanzjament riportat fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sitt xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0260 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
L-ammont totali ta’ finanzjament ġdid miksub fil-jum rilevanti tal-perjodu tar-rapportar b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sitt xhur għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0270 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
Id-differenza netta bejn, fuq naħa, finanzjament li jimmatura, u fuq in-naħa l-oħra, riportamenti flimkien ma’ finanzjament ġdid miksub, għandha tiġi rapportata fil-kolonna 0280 tal-entrata f’linja 1.1-1.31.
|
|
0290
|
Flussi ta’ flus totali netti
Il-flussi ta’ flus totali netti ugwali għas-somma tal-kolonni “Nett” kollha enumerati 0040, 0080, 0120, 0160, 0200, 0240, 0280 għandhom jiġu rapportati fil-kolonna 0290.
|
|
minn 0300 sa 0320
|
Terminu Medju (jiem)
It-terminu medju ponderat, f’jiem, tal-fondi kollha li se jimmaturaw, għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0300. It-terminu medju ponderat, f’jiem, tal-fondi kollha li jiġu riportati, għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0310, it-terminu medju ponderat, f’jiem, tal-fondi ġodda kollha għandu jiġi rapportat fil-kolonna 0320.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|