+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-kummerċ Komunitarju fil-prodotti mill-foki, u partikolarment dwar il-prodotti li jiġu mill-friegħ tal-foki ta’ l-arpa (harp) u tal-foki tal-barnuża (hooded);

Billi, f’numru ta’ Stati Membri, diġa jeżistu miżuri volontarji jew statutorji li jirrestrinġu l-importazzjoni jew il-bejgħ fis-suq tal-ġlud tal-friegħ tal-pil abjad tal-foki ta’ l-arpa u tal-friegħ tal-foki tal-barnuż (ta’ daharhom iswed); billi Stat Membru diġa jeħtieġ li l-prodotti kollha mill-foki jkunu markati;

Billi studji varji qajmu dubji rigward l-istat tal-poplazzjoni tal-foki ta’ l-arpa u ta’ dawk tal-barnuż u speċjalment dwar l-effett tal-kaċċa mhux tradizzjonali fuq il-konservazzjoni u l-istat tal-poplazzjoni tal-foki tal-barnuż;

Billi l-isfruttament tal-foki u ta’ speċi oħra huwa, jiddependi mill-ħila tagħhom li jirreżistu dan l-isfruttament u b’rispett għall-bilanċ tan-natura xogħol naturali u leġittimu u f’ċerti firxiet fid-dinja jifforma parti importanti mill-ħajja tradizzjonali u mill-ekonomija; billi l-kaċċa, kif prattikata tradizzjonalment mill-poplu Inuit, tħalli lill-friegħ tal-foki mingħajr ħsara u huwa għalhekk xieraq li jidher li l-interessi tal-poplu Inuit ma jiġux affettwati;

Billi hija mixtieqa iktar investigazzjoni dwar l-aspetti xjentifiċi u dwar il-konsegwenzi tal-qtil tal-friegħ tal-foki ta’ l-arpa u ta’ dawk tal-barnuż fit-tnaqqis tal-poplazzjoni tagħhom; billi, sakemm isiru magħrufa r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni, għandhom jittieħdu jew jibqgħu jinżammu l-miżuri temporanji b’mod konformi mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tal-5 ta’ Jannar 1983 ( 3 );

Billi ġie notat illi l-kaċċa għall-friegħ tal-foki ġiet diġa limitata b’xi effett; billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tissokta tfittex, fil-kuntest tal-kuntatti kontinwati mal-pajjiżi interessati, soluzzjonijiet li jagħmlu dispensabbli r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet;

Billi l-Kunsill irid jikkunsidra mill-ġdid is-sitwazzjoni fuq il-bażi ta’ rapport li jrid jiġi preżentat lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Settembru 1983,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu jew jibqgħu jżommu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness ma jiġux importati kummerċjalment fit-territorji tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjon b’dawn il-miżuri.

▼M2

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Ottubru 1983.

▼B

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal dawk il-prodotti li ma jirriżultawx mill-kaċċa tradizzjonali tal-poplu Inuit.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hjija indirizzata lill-Istati Membri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.06.1989 00:00:00 -Doknr: CELEX:31983L0129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.