+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.

Artikolu 1 Suġġett

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn is-sitt kategoriji li ġejjin ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament:

(a) 

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), inkluż il-fergħat tagħhom kif iddefiniti fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, fejn tali fergħat jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk is-sede prinċipali ta’ dawk il-fergħat jinsabu fl-Unjoni jew, f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-liġi nazzjonali, ‘l barra mill-Unjoni;

(b) 

l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, inkluż, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali, fergħat tagħhom, fejn it-tali fergħat jinsabu fl-Unjoni u s-sede uffiċjali tagħhom jinsabu barra l-Unjoni, sakemm is-servizzi ta’ pagament pprovduti minn dawk il-fergħat huma marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi;

(c) 

istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro (post office giro institutions) li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta’ pagament;

(d) 

istituzzjonijiet ta’ pagament;

(e) 

il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra;

(f) 

l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi.

Artikolu 1 2.

Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli li jikkonċernaw:

(a) 

it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament; u

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, b’rabta mal-għoti ta’ servizzi ta’ pagament bħala xogħol regolari jew attività ta’ negozju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.