+Artikolu 111 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Artikolu 111 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Artikolu 111

Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Id-Direttiva 2009/110/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikolu 5, l-Artikoli 11 sa 17, l-Artikolu 19(5) u (6) u l-Artikoli 20 sa 31 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ), inlużi l-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.
(b) 

il-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“4.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, l-Artikoli 27 sa 31, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(4) u (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ flus elettroniċi.
5.  
Minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva permezz ta’ aġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.”;
(2) 

fl-Artikolu 18, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li, jkunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018, biex ikomplu b’dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stipulati jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw, sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

Istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu projbiti milli joħorġu flus elettroniċi.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.