+TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 107 Armonizzazzjoni sħiħa
------+Artikolu 107 1.
------+Artikolu 107 2.
------+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 108 Klawżola ta’ reviżjoni
---+Artikolu 109 Dispożizzjoni transitorja
------+Artikolu 109 1.
------+Artikolu 109 2.
------+Artikolu 109 3.
------+Artikolu 109 4.
------+Artikolu 109 5.
---+Artikolu 110 Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE
---+Artikolu 111 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE
---+Artikolu 112 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
---+Artikolu 113 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
---+Artikolu 114 Tħassir
---+Artikolu 115 Traspożizzjoni
------+Artikolu 115 1.
------+Artikolu 115 2.
------+Artikolu 115 3.
------+Artikolu 115 4.
------+Artikolu 115 5.
------+Artikolu 115 6.
---+Artikolu 116 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 117 Destinatarji

TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 107 Armonizzazzjoni sħiħa -
Artikolu 108 Klawżola ta’ reviżjoni

Artikolu 108

Klawżola ta’ reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sat-13 ta’ Jannar 2021, tippreżenta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BĊE u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dwar:

(a) 

l-adegwatezza u l-impatt tar-regoli dwar l-imposti kif stabbilit fl-Artikolu 62(3), (4) u (5);

(b) 

l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) u (4),inkluża valutazzjoni ta’ jekk it-Titolu III u IV jistgħux, fejn ikun teknikament fattibbli, jiġu applikati b’mod sħiħ għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmijin f’dawk il-paragrafi;

(c) 

l-aċċess għas-sistemi ta’ pagament, partikolarment f’rabta mal-livell ta’ kompetizzjoni;

(d) 

l-adegwatezza u l-impatt tal-limiti massimi għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmijin fil-punt (l) tal-Artikolu 3;

(e) 

l-adegwatezza u l-impatt tal-limiti massimi għall-eżenzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1);

(f) 

jekk, meta wieħed iqis l-iżviluppi, ikun aħjar, biex jiġu kkumplementati d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 75 dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn l-ammont ma jkunx magħruf minn qabel u l-fondi jkunu mblukkati, li jiġu introdotti limiti massimi għall-ammonti li għandhom jiġu mblukkati għall-pagament tal-pagatur f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport tagħha.

Artikolu 109 Dispożizzjoni transitorja -
Artikolu 110 Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE

Artikolu 110

Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE

Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/65/KE, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.  
Meta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) tkun applikabbli wkoll, id-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punti (2)(c) sa (g), (3)(a), (d) u (e) u 4(b), għandhom jiġu sostitwiti bl-Artikoli 44, 45, 51 u 52 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
Artikolu 111 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Artikolu 111

Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Id-Direttiva 2009/110/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikolu 5, l-Artikoli 11 sa 17, l-Artikolu 19(5) u (6) u l-Artikoli 20 sa 31 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ), inlużi l-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.
(b) 

il-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“4.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, l-Artikoli 27 sa 31, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(4) u (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ flus elettroniċi.
5.  
Minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva permezz ta’ aġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.”;
(2) 

fl-Artikolu 18, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li, jkunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018, biex ikomplu b’dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stipulati jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw, sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

Istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu projbiti milli joħorġu flus elettroniċi.”.

Artikolu 112 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Artikolu 112

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 hija emendata kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.  
L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2009/110/KE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ), ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *6 ), id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ) u sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fi ħdan il-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE u tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 13 ).
(2) 

L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(1)  
‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konglomerati finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fil-punt (11) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, ħlief li, fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849, istituzzjonijiet finanzjarji tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;”.
Artikolu 113 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Artikolu 113

Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, il-punt 4 hu sostitwit b’li ġej:

“(4) 

Servizzi tal-pagament kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *8 ).

Artikolu 114 Tħassir

Artikolu 114

Tħassir

Id-Direttiva 2007/64/KE hija mħassra b’effett mit-13 ta’ Jannar 2018.

Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 115 Traspożizzjoni -
Artikolu 116 Dħul fis-seħħ

Artikolu 116

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 117 Destinatarji

Artikolu 117

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.