+Artikolu 115 Traspożizzjoni
---+Artikolu 115 1.
---+Artikolu 115 2.
---+Artikolu 115 3.
---+Artikolu 115 4.
---+Artikolu 115 5.
---+Artikolu 115 6.
|
Artikolu 115 Traspożizzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 115 1.
|
Sat-13 ta’ Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, miżuri neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
|
|
Artikolu 115 2.
|
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Jannar 2018. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
|
|
Artikolu 115 3.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.
|
|
Artikolu 115 4.
|
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà msemmijin fl-Artikoli 65, 66, 67 u 97 minn 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 98.
|
|
Artikolu 115 5.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu persuni ġuridiċi li jkunu wettqu fit-territorju tagħhom, qabel it-12 ta’ Jannar 2016, attivitajiet ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, milli jkomplu jwettqu l-istess attivitajiet fit-territorji tagħhom matul il-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafi 2 u 4 f’konformità mal-qafas regolatorju applikabbli bħalissa.
|
|
Artikolu 115 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sakemm il-fornituri individwali ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ikunu konformi mal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ma jabbużawx min-nuqqas ta’ konformità tagħhom biex jimblokkaw jew ifixklu l-użu ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għall-kontijiet li jkunu qed jiġġestixxu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|