+Artikolu 54 Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.
---+Artikolu 54 6.
---+Artikolu 54 7.

Artikolu 54 Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.

Għall-finijiet tal-punt tal-punt (n) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali:

(a) 

avveniment skattatur iseħħ meta l-proporzjon tal-kreditu ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) jaqa’ taħt xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

5,125 %;

(ii) 

livell ogħla minn 5,125 %, fejn iddeterminat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(b) 

fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw avveniment skattatur wieħed jew aktar b'żieda għal dak imsemmi fil-punt (a);

(c) 

fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta jseħħ avveniment skattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

ir-rata ta’ din il-konverżjoni u limitu fuq l-ammont ta’ konverżjoni permess;

(ii) 

il-medda li fiha l-istrumenti sejrin jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(d) 

fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li meta jseħħ avveniment skattatur l-ammont ta' kapital tagħhom jitniżżawl fil-valur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas is-segwenti kollha:

(i) 

il-pretensjoni tad-detentur tal-istrument fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-ammont li jrid jitħallas fil-każ tas-sejħa jew fidi tal-istrument;

(iii) 

id-distribuzzjonijiet li jkunu saru fuq l-istrument;

▼M8

(e) 

meta l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jinħarġu minn impriża sussidjarja stabbilita f'pajjiż terz, l-iskattatur ta' 5,125 % jew ogħla msemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-pajjiż terz li jirregolaw l-istrumenti, dment li l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-ABE, tkun ssodisfata li dawk id-dispożizzjonijiet huma tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 54 2.
It-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni ta' strument ta' Grad 1 Addizzjonali għandu, skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, jiġġenera elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
Artikolu 54 3.
L-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali rikonoxxut f'elementi ta' Grad 1 Addizzjonali huwa limitat għall-ammont minimu tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 li jiġu ġġenerati jekk l-ammont tal-kapital tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jiġu kompletament imnaqqsa fil-valur jew konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
Artikolu 54 4.

L-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jrid jonqos fil-valur jew konvertit meta jseħħ avveniment skattatur m'għandux ikun inqas mill-iżjed ammont baxx ta' dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont meħtieġ sabiex il-proporzjon ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun restawrat b'mod sħiħ għal 5,125 %;

(b) 

l-ammont tal-kapital sħiħ tal-istrument.

Artikolu 54 5.

Meta jseħħ avveniment skattatur, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:

(a) 

jinfurmaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti;

(b) 

jinfurmaw lid-detenturi tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali;

(c) 

inaqqsu fil-valur l-ammont tal-kapital tal-istrumenti, jew jikkonvertu l-istrumenti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn xahar, f'konformità mar-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu.

Artikolu 54 6.
Istituzzjoni li toħroġ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jikkonvertu għal Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-każ ta' avveniment li joħloq dan għandha tiżgura li l-kapital tas-sehem awtorizzat ikun dejjem suffiċjenti, biex l-istrumenti konvertibbli ta' Grad 1 Addizzjonali bħal dawn ikunu kkonvertiti f'sehmiet jekk iseħħ avveniment li joħloq dan. L-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa għandhom jinkisbu fid-data tal-ħruġ ta' tali strumenti konvertibbli ta' Grad 1. L-istituzzjoni għandha dejjem iżżomm l-awtorizzazzjoni meħtieġa bil-quddiem biex jinħarġu l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li fihom jiġu kkonvertiti tali strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali fil-każ ta' avveniment li joħloq dan.
Artikolu 54 7.
Istituzzjoni li toħroġ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jikkonvertu f'Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-każ ta' avveniment li joħloq dan għandha tiżgura li ma jkunx hemm ostakoli proċedurali għal dik il-konverżjoni permezz tal-inkorporazzjoni jew l-istatuti jew l-arranġamenti kuntrattwali tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.