+Taqsima 1 Elementi u strumenti Addizzjonali ta' Grad 1
---+Artikolu 51 Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
---+Artikolu 52 Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
------+Artikolu 52 1.
------+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 53 Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni
---+Artikolu 54 Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali
------+Artikolu 54 1.
------+Artikolu 54 2.
------+Artikolu 54 3.
------+Artikolu 54 4.
------+Artikolu 54 5.
------+Artikolu 54 6.
------+Artikolu 54 7.
---+Artikolu 55 Konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

Taqsima 1 Elementi u strumenti Addizzjonali ta' Grad 1

Taqsima 1 Elementi u strumenti Addizzjonali ta' Grad 1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1

Artikolu 51

Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1

Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1 għandhom jikkonsistu f'dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti ta' kapital, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfati;

(b) 

il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a).

Strumenti inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew tal-Grad 2.

Artikolu 52 Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1 -
Artikolu 53 Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni

Artikolu 53

Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni

Għall-finijiet tal-punti (l)(v) u (o) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom, b’mod partikolari, ma jinkludux dawn li ġejjin:

(a) 

rekwiżit li jsiru distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti fil-każ ta’ distribuzzjoni fuq strument maħruġ minn istituzzjoni li tikklassifika fl-istess grad bħal, jew subordinat minn, strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(b) 

rekwiżit li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 jiġu kkanċellati fil-każ li ma jsirux distribuzzjonijiet fuq dawk l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali;

(c) 

l-obbligu biex il-pagament ta’ imgħax jew ta’ dividend jiġi sostitwit permezz ta’ pagament fi kwalunkwe forma oħra. L-istituzzjoni ma għandhiex altrimenti tkun soġġetta għal tali obbligu.

Artikolu 54 Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali -
Artikolu 55 Konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

Artikolu 55

Konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

Is-segwenti għandhom japplikaw meta, fil-każ ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ma jibqgħux jiġu ssodisfati:

(a) 

dak l-istrument immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 1 Addizzjonali;

(b) 

il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha tieqaf immedjatament milli tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.