+Artikolu 83 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
|
Artikolu 83 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 83 1.
|
Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
▼B
(a)
l-entità b’għan speċjali li toħroġ dawk l-istrumenti tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
(b)
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfatti;
(c)
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi f’kapital kwalifikattiv ta’ Grad 2 biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti;
(d)
l-uniku assi tal-entità b’għan speċjali jkun l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li tkun inkluża b’mod sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, li l-forma tiegħu tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 52(1) jew 63, kif applikabbli.
Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-assi ta’ entità b’għan speċjali minbarra l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta’ Parti Wieħed, huma minimi u insinifikanti għal tali entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-kondizzjoni speċifikata fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 83 2.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ assi li jistgħu jirrigwardaw l-operazzjoni ta’ entitajiet b’għan speċjali u l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|