+TITOLU II INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
---+Artikolu 81 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
------+Artikolu 81 1.
------+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 82 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
---+Artikolu 83 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
------+Artikolu 83 1.
------+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 84 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
------+Artikolu 84 1.
------+Artikolu 84 2.
------+Artikolu 84 3.
------+Artikolu 84 4.
------+Artikolu 84 5.
------+Artikolu 84 6.
---+Artikolu 85 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
------+Artikolu 85 1.
------+Artikolu 85 2.
------+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 86 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1
---+Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
------+Artikolu 87 1.
------+Artikolu 87 2.
------+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 88 Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2
---+Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 88b Impriżi f'pajjiżi terzi

TITOLU II INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI

TITOLU II INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 81 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 -
Artikolu 82 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Artikolu 82

Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

istituzzjoni;

(ii) 

impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii) 

kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedjali tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi sub-konsolidata, jew kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;

(iv) 

ditta tal-investiment;

(v) 

kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;

(b) 

is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c) 

l-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, l-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali u l-elementi ta’ Grad 2 imsemmija fil-parti introduttorju ta’ dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

Artikolu 83 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali -
Artikolu 84 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 -
Artikolu 85 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 -
Artikolu 86 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1

Artikolu 86

Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluża fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 l-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża li jkunu inklużi fil-kapital konsolidat tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati -
Artikolu 88 Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2

Artikolu 88

Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2 billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża li tkun inkluża fil-fondi proprji konsolidati, il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.

Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 88a

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(b) 

jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(c) 

ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):

(i) 

is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(ii) 

l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 88b Impriżi f'pajjiżi terzi

Artikolu 88b

Impriżi f'pajjiżi terzi

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, it-termini “ditta ta' investiment” u “istituzzjoni” għandhom jinftiehmu li jinkludu impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi, li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, ikunu jaqgħu taħt id-definizzjonijiet ta' dawn it-termini f'dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.