+Artikolu 85 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
|
Artikolu 85 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 85 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
▼M17
(a)
il-kapital ta' Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:
(1)
meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a) ta' dan ir-Regolament, iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (b), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' din id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1;
(2)
meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1;
(ii)
l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1), il-punt (b), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tal-kapital definit fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Grad 1;
▼C6
(b)
il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a)(i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' kapital ta’ Grad 1 huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.
|
|
Artikolu 85 2.
|
Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1). Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-kapital ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifika ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.
|
|
Artikolu 85 3.
|
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033,l-istrumenti ta’ Grad 1 fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|