+Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.

Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

▼M17

(a) 

il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:

(1) 

meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (c), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati minn fondi proprji;

(2) 

meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati minn fondi proprji;

(ii) 

l-ammont tal-fondi proprji relatat ma' dik is-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1), il-punt (c), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tal-kapital definit fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-fondi proprji;

▼C6

(b) 

il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tas-somma tal-entrati kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-entrati tal-Grad 2, bl-esklużjoni tal-ammonti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62, ta’ dik l-impriża.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a)(i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' fondi proprji huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.

Artikolu 87 2.
Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).

Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-fondi proprji ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifikaw ma jistgħux jiġu inklużi fil-fondi proprji konsolidati.

Artikolu 87 3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2019/2033], l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.