+Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 88a

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(b) 

jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(c) 

ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):

(i) 

is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(ii) 

l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.