+Artikolu 92 Rekwiżiti ta’ fondi proprji
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 1a.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
---+Artikolu 92 4.
---+Artikolu 92 5.
---+Artikolu 92 6.
|
Artikolu 92 Rekwiżiti ta’ fondi proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 92 1.
|
Soġġett għall-Artikoli 93 u 94, l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:
(a)
proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ 4,5 %;
(b)
proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ 6 %;
(c)
proporzjon totali tal-kapital ta’ 8 %;
▼M8
(d)
proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %.
|
|
Artikolu 92 1a.
|
Flimkien mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, G-SII għandha żżomm buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ekwivalenti għall-miżura tal-iskopertura totali tal-G-SIIs imsemmija fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament immultiplikata b'50 % tar-rata tal-buffer applikabbli għall-G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE. G-SII għandha tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja mal-kapital ta' Grad 1 biss. Kapital ta' Grad 1 li huwa wżat biex jissodisfa rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ma għandux jintuża biex jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ibbażat fuq l-lieva finanzjarja stabbilita f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, sakemm dan ma jkunx espliċitament previst mod ieħor hemmhekk. Fejn G-SII ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, din għandha tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 141b tad-Direttiva 2013/36/UE. Fejn G-SII ma tissodisfax fl-istess ħin ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja u r-rekwiżit għal buffer kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, din għandha tkun soġġetta għall-ogħla mir-rekwiżiti kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikoli 141 u 141b ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 92 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon tal-kapital tagħhom kif ġej:
(a)
il-proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
(b)
il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
(c)
il-proporzjon totali tal-kapital ikun il-fondi proprji tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.
|
|
Artikolu 92 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ġej:
TREA = max {U-TREA; x·S-TREA}
fejn:
|
TREA
|
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità;
|
|
U-TREA
|
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tal-entità kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4;
|
|
S-TREA
|
= l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju tal-entità kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5;
|
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu, ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4, għall-istituzzjonijiet li huma parti minn grupp b'istituzzjoni prinċipali fl-istess Stat Membru, dment li dik l-istituzzjoni prinċipali jew, fil-każ ta' gruppi magħmula minn korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti, it-total kif magħmul mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu tikkalkula l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi konsolidata.
|
|
Artikolu 92 4.
|
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-punti minn (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu wara li jitqies il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu:
(a)
l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, u riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati f’konformità mat-Titolu II ta’ din il-Parti u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali kollha ta’ istituzzjoni, bl-esklużjoni tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;
(b)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:
(i)
ir-riskju tas-suq, ikkalkulat f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti;
(ii)
skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli minn 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif iddeterminati f'konformità mal-Parti Erbgħa;
(c)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet;
(d)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 378 sa 380;
(e)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu VI ta' din il-Parti;
(f)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu III ta' din il-Parti;
(g)
l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta' tranżazzjonijiet u ta' ftehimiet li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu II ta' din il-Parti:
(i)
kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu;
(ii)
tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;
(iii)
tranżazzjonijiet ta' self b'marġni fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;
(iv)
tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.
|
|
Artikolu 92 5.
|
L-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-paragrafu 4, il-punti (a) sa (g), wara li jitqiesu l-paragrafu 6 u r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju ta’ kreditu għall-kontroparti, u r-riskju ta' dilwizzjoni, imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), u għar-riskju tal-kreditu għall-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-punt (g) ta' dak il-paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)
l-approċċ ibbażat fuq mudell intern għall-ftehimiet ewlenin ta' netting stabbilit fl-Artikolu 221;
(ii)
l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 3;
(iii)
l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni stabbilit fl-Artikoli 258, 259 u 260 u l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna stabbilit fl-Artikolu 265;
(iv)
il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6;
(b)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i), għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintużaw:
(i)
l-approċċ ibbażat fuq mudell intern alternattiv stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b; jew
(ii)
kwalunkwe approċċ elenkat taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, fejn applikabbli;
(c)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr l-użu tal-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudelli interni stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b.
|
|
Artikolu 92 6.
|
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkoli tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu msemmija fil-paragrafu 4 u tal-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju msemmija fil-paragrafu 5:
(a)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (d), (e) u (f), għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali kollha ta' istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti (b) sa (f), bi 12,5 .
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|