+Artikolu 106 5.

Artikolu 106 5.

Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-valutazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar f'konformità mal-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), il-punti (a), (b) u (c), il-pożizzjoni ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija tan-negozju tiegħu hija ddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-ħeġġijiet interni tal-iskopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;

(b) 

għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu tkun iddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;

(c) 

l-istituzzjoni ddokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.