+Artikolu 108 Użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' dilwizzjoni
---+Artikolu 108 1.
---+Artikolu 108 2.
---+Artikolu 108 3.
---+Artikolu 108 4.
---+Artikolu 108 5.
---+Artikolu 108 6.

Artikolu 108 Użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' dilwizzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 108 1.
Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 jew tapplika l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji tagħha ta' LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu finanzjata f'konformità mal-Kapitolu 4 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g) u, fejn rilevanti, tal-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d),u fl-Artikolu 62, il-punt (d).
Artikolu 108 2.
Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu finanzjata f'konformità mal-Kapitolu 3 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), u, fejn rilevanti, tal-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 62, il-punt (d).
Artikolu 108 3.
Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskoperturi oriġinali kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Kapitolu 3 fil-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), u, fejn rilevanti, fl-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 62, il-punt (d). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għal dawk il-finijiet, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju u fl-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 4.
Artikolu 108 4.

Soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu s-self lil persuni fiżiċi bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, għall-finijiet tat-Titolu II, il-Kapitoli 2, 3 u 4, kif applikabbli, meta fi Stat Membru jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għal dak is-self:

(a) 

il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru ma jiġix ipprovdut bħala ipoteki f'forma ġuridika;

(b) 

il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru huma ggarantiti minn fornitur tal-protezzjoni b'valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nnominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2, dan huwa meħtieġ sabiex l-istituzzjoni titħallas lura bis-sħiħ meta l-mutwatarju oriġinali jsir inadempjenti;

(c) 

l-istituzzjoni għandha d-dritt legali li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni msemmi fil-punt (b) ma jissodisfax jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati fit-territorji nazzjonali tal-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, u għandhom jipprovdu l-ismijiet tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli għal dak it-trattament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5.

L-EBA għandha tippubblika l-lista tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli kollha bħal dawn fuq is-sit web tagħha u taġġorna dik il-lista kull sena.

Artikolu 108 5.

Għall-finijiet tal-paragrafu 4, is-self imsemmi f'dak il-paragrafu jista' jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-Approċċ Standardizzat “skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli” skont l-Artikoli 124 u 125 bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;

(b) 

għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ IRB, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-IRB “skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali” imsemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(ii), bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;

(c) 

ma jkun hemm l-ebda rahan ipotekarju fuq il-proprjetà residenzjali meta jingħata s-self u għas-self mogħti mill-1 ta' Jannar 2014 il-mutwatarju jkun kuntrattwalment marbut li ma jagħti l-ebda rahan ipotekarju mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni li oriġinarjament tkun tat is-self;

(d) 

il-fornitur tal-protezzjoni huwa fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, u għandu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2;

(e) 

il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni jew entità tas-settur finanzjarju soġġetta għal rekwiżiti ta' fondi proprji komparabbli għal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet jew għal impriżi tal-assigurazzjoni;

(f) 

il-fornitur tal-protezzjoni jkun stabbilixxa fond ta' garanzija reċiproka ffinanzjat bis-sħiħ jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jassorbu t-telf mir-riskju ta' kreditu, li l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi rrieżaminata perjodikament mill-awtorità kompetenti tiegħu u tkun soġġetta għal ittestjar għal stress perjodiku, tal-anqas kull sentejn;

(g) 

l-istituzzjoni għandha kuntrattwalment u legalment is-setgħa li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.

Artikolu 108 6.
Istituzzjonijiet li jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 4 għal fornitur tal-protezzjoni eliġibbli partikolari skont il-mekkaniżmu msemmi f'dak il-paragrafu għandhom jagħmlu dan għall-iskoperturi kollha tiegħu għal persuni fiżiċi ggarantiti minn dak il-fornitur tal-protezzjoni skont dak il-mekkaniżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.