+Artikolu 113 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju
---+Artikolu 113 1.
---+Artikolu 113 2.
---+Artikolu 113 3.
---+Artikolu 113 4.
---+Artikolu 113 5.
---+Artikolu 113 6.
---+Artikolu 113 7.

Artikolu 113 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 113 1.
Biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi tal-iskoperturi li fiha tkun assenjata l-iskopertura u, sal-limitu speċifikat fit-Taqsima 2, il-kwalità kreditizja tagħha. Il-kwalità kreditizja tista' tiġi stabbilita b'referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' aġenziji dwar krediti għall-esportazzjoni f'konformità mat-Taqsima 3. Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi stabbiliti fl-Artikolu 112, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta’ dan ir-Regolament meta l-valutazzjoni f'konformità mal-Artikolu 79, il-punt (b) tad-Direttiva 2013/36/UE tirrifletti karatteristiċi ta' riskju ogħla minn dawk implikati mill-iskala ta' kwalità kreditizja li għaliha tkun assenjata l-iskopertura abbażi tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija ta' krediti għall-esportazzjoni, l-istituzzjoni għandha tassenja piż tar-riskju tal-anqas skala waħda tal-kwalità kreditizja ogħla mill-piż tar-riskju implikat mill-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija ta' krediti għall-esportazzjoni.
Artikolu 113 2.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju speċifikat jew stabbilit skont it-Taqsima 2.
Artikolu 113 3.
Meta skopertura tkun soġġetta għall-protezzjoni ta’ kreditu, il-valur tal-iskopertura jew il-piż tar-riskju applikabbli għal dik l-iskopertura, kif xieraq, jistgħu jiġu emendati f'konformità ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu 4.
Artikolu 113 4.
L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 5.
Artikolu 113 5.
Il-valur tal-iskopertura ta' kwalunkwe element ieħor li għalih ma huwa pprovdut l-ebda piż tar-riskju skont dan il-Kapitolu għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 %.
Artikolu 113 6.

►M17  Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi li jwasslu għal elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali, istituzzjoni tista', soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta' dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, jew impriża marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni skont it-tifsir tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jagħtu approvazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄

▼M17

(a) 

il-kontroparti tkun istituzzjoni, jew istituzzjoni finanzjarja soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;

▼B

(b) 

il-kontroparti tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni fuq bażi totali;

(c) 

il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħall-istituzzjoni;

(d) 

il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni;

(e) 

ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għall-istituzzjoni.

Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tkun awtorizzata li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.

Artikolu 113 7.

Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal skoperturi għal kontropartijiet li magħhom l-istituzzjoni tkun daħlet fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jkun arranġament kuntrattwali jew obbligu statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom biex jiġi evitat il-falliment fejn ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu permess jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a) 

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfatti;

(b) 

l-arranġamenti jiżguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tkun kapaċi tagħti l-appoġġ neċessarju mill-impenn tagħha permezz ta’ fondi li jkunu diġà għad-dispożizzjoni tagħha;

(c) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adegwati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju, li tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, bi possibbiltajiet korrispondenti biex teżerċita influwenza; dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b’mod adegwat l-iskoperturi inadempjenti skont l-Artikolu 178(1);

(d) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali twettaq analiżi tar-riskju tagħha stess li tiġi kkomunikata lill-membri individwali;

(e) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jittratta l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali;

(f) 

il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali huma obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jtemmu l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali;

(g) 

l-użu multiplu ta’ elementi diversi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji (minn hawn ’il quddiem “ingranaġġ multiplu”) kif ukoll kull ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandu jiġi eliminat;

(h) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkollhom profil tan-negozju prinċipalment omoġenju;

(i) 

l-adegwatezza tas-sistemi msemmija fil-punti (c) u (d) tkun approvata u mmonitorjata f’intervalli regolari mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.