+Artikolu 113 7.

Artikolu 113 7.

Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal skoperturi għal kontropartijiet li magħhom l-istituzzjoni tkun daħlet fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jkun arranġament kuntrattwali jew obbligu statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom biex jiġi evitat il-falliment fejn ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu permess jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a) 

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfatti;

(b) 

l-arranġamenti jiżguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tkun kapaċi tagħti l-appoġġ neċessarju mill-impenn tagħha permezz ta’ fondi li jkunu diġà għad-dispożizzjoni tagħha;

(c) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adegwati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju, li tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, bi possibbiltajiet korrispondenti biex teżerċita influwenza; dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b’mod adegwat l-iskoperturi inadempjenti skont l-Artikolu 178(1);

(d) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali twettaq analiżi tar-riskju tagħha stess li tiġi kkomunikata lill-membri individwali;

(e) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jittratta l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali;

(f) 

il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali huma obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jtemmu l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali;

(g) 

l-użu multiplu ta’ elementi diversi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji (minn hawn ’il quddiem “ingranaġġ multiplu”) kif ukoll kull ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandu jiġi eliminat;

(h) 

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkollhom profil tan-negozju prinċipalment omoġenju;

(i) 

l-adegwatezza tas-sistemi msemmija fil-punti (c) u (d) tkun approvata u mmonitorjata f’intervalli regolari mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.