+Artikolu 122a Skoperturi fuq self speċjalizzat
---+Artikolu 122a 1.
---+Artikolu 122a 2.
---+Artikolu 122a 3.
---+Artikolu 122a 4.
|
Artikolu 122a Skoperturi fuq self speċjalizzat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 122a 1.
|
Fil-klassi tal-iskoperturi korporattivi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi fuq self speċjalizzat, skoperturi bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)
l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew tħaddem assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli ma' tali skopertura;
(b)
l-iskopertura ma tkunx relatata mal-finanzjament ta' proprjetà residenzjali jew ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u tkun fi ħdan id-definizzjonijiet ta' skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, ta' finanzjament ta' proġetti jew ta' finanzjament ta' komoditajiet stabbiliti fil-paragrafu 3;
(c)
l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw l-obbligu relatat mal-iskopertura jagħtu lill-istituzzjoni grad sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u fuq l-introjtu li jiġġeneraw;
(d)
is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu relatat mal-iskopertura jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi finanzjat, aktar milli mill-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali akbar.
|
|
Artikolu 122a 2.
|
Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1.
Tabella 1
|
Skala tal-kwalità kreditizja
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
50 %
|
75 %
|
100 %
|
150 %
|
150 %
|
|
|
Artikolu 122a 3.
|
Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:
(a)
meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' assi fiżiċi, inkluż vapuri, inġenji tal-ajru, satelliti, railcars u flotot, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk l-assi jkun fil-forma ta' flussi ta' flus iġġenerati mill-assi fiżiċi speċifiċi li jkunu ġew iffinanzjati u mirhuna jew assenjati lill-mutwanti (“skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 %;
(b)
meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi previst finanzjament fuq terminu qasir ta' riżervi, inventarji jew riċevibbli ta' komoditajiet innegozjati fil-borża, inkluż żejt grezz, metalli, jew għelejjel, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk ir-riżervi, inventarji jew riċevibbli għandu jkun ir-rikavati mill-bejgħ tal-komodità (“skoperturi ta' finanzjament ta' komoditajiet”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 %;
(c)
meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat proġett individwali, jew fil-forma ta' kostruzzjoni ta' installazzjoni kapitali ġdida jew inkella rifinanzjament ta' installazzjoni eżistenti, b'titjib jew mingħajr titjib, għall-iżvilupp jew l-akkwist ta' installazzjonijiet kbar, kumplessi u għaljin, inkluż impjanti tal-enerġija, impjanti tal-ipproċessar kimiku, minjieri, infrastruttura tat-trasport, ambjent, u infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, li fih l-istituzzjoni mutwanti tħares primarjament lejn id-dħul iġġenerat mill-proġett iffinanzjat, kemm bħala s-sors ta' ripagament kif ukoll bħala t-titolu għas-self (“skoperturi ta' finanzjament ta' proġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(i)
130 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi preoperazzjonali;
(ii)
dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a, 80 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi operazzjonali u l-iskopertura tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(1)
ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għall-mutwanti, inkluż ir-restrizzjoni li ma jistax jinħareġ dejn ġdid mingħajr il-kunsens tal-fornituri tad-dejn eżistenti;
(2)
id-debitur ikollu biżżejjed fondi ta' riżerva ffinanzjati għalkollox fi flus kontanti, jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' entità, biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u l-ħtiġijiet ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-proġett li jkun qed jiġi ffinanzjat, dment li l-entità tiġi assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI minn ECAI rikonoxxuta bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
(3)
il-proġett li miegħu tkun relatata l-iskopertura jiġġenera flussi ta' flus li jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti futuri kollha tas-self;
(4)
meta d-dħul tad-debitur ma jkunx iffinanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, is-sors ta' ripagament tal-obbligu jiddependi minn kontroparti ewlenija waħda u dik il-kontroparti ewlenija tkun waħda minn dawn li ġejjin:
—
bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 u 115, jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta; jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, fejn il-bank ċentrali, il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dawn jiġu assenjati klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dawn jiġu kklassifikati internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
—
entità tas-settur pubbliku, dment li dik l-entità tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 % jew inqas f'konformità mal-Artikolu 116, jew tiġi assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità tas-settur pubbliku ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità tas-settur pubbliku tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità tas-settur pubbliku tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
—
entità korporattiva li tkun ġiet assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta, jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità korporattiva ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità korporattiva tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità korporattiva tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;
(5)
il-klawżoli kuntrattwali li jirregolaw l-iskopertura għad-debitur jipprevedu grad għoli ta' protezzjoni għall-istituzzjoni mutwanti fil-każ ta' inadempjenza tad-debitur;
(6)
il-kontroparti ewlenija, jew kontropartijiet oħra li jikkonformaw b'mod simili mal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-kontroparti ewlenija, effettivament jipproteġu lill-istituzzjoni mutwanti kontra telf li jirriżulta mit-terminazzjoni tal-proġett;
(7)
l-assi u l-kuntratti kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-proġett ikunu ġew mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti sa fejn ikun permess mil-liġi applikabbli;
(8)
l-istituzzjoni mutwanti tkun tista' tieħu kontroll tad-debitur fil-każ ta' avveniment ta' inadempjenza;
(iii)
100 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi operazzjonali u l-iskopertura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (ii);
(d)
għall-finijiet tal-punt (c)(ii)(3), il-flussi ta' flus iġġenerati m'għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tkunx tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà, li jfisser li, ladarba l-kostruzzjoni titlesta, dment li l-kundizzjonijiet kuntrattwali jiġu ssodisfati, id-debitur ikun intitolat għal pagamenti mill-kontropartijiet kuntrattwali tiegħu li jkopru l-ispejjeż operazzjonali u ta' manutenzjoni, l-ispejjeż tas-servizz tad-dejn u r-redditi tal-ekwità hekk kif id-debitur iħaddem il-proġett, u dawk il-pagamenti ma jkunux soġġetti għal varjazzjonijiet fid-domanda, bħal-livelli ta' traffiku, u jkunu aġġustati tipikament biss għal nuqqas ta' prestazzjoni jew nuqqas ta' disponibbiltà tal-assi għall-pubbliku;
(ii)
id-dħul ikun soġġett għal regolamentazzjoni tar-rata tar-redditu;
(iii)
id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;
(e)
għall-finijiet tal-punt (c), il-fażi operazzjonali għandha tfisser il-fażi li fiha l-entità li tkun inħolqot speċifikament biex tiffinanzja l-proġett, jew li tkun ekonomikament komparabbli, tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-entità jkollha fluss ta' flus nett pożittiv li jkun biżżejjed biex ikopri kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jifdal;
(ii)
l-entità jkollha dejn fuq terminu twil li jkun qed jonqos.
|
|
Artikolu 122a 4.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet li skonthom jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punt (c)(ii). L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|