+Artikolu 132 3.

Artikolu 132 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;

(ii) 

AIF ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iii) 

AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iv) 

AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(v) 

AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(vi) 

AIF mhux tal-UE li mhux ikkummerċjalizzat fl-Unjoni u mmaniġġjat minn AIFM mhux tal-UE stabbilit f'pajjiż terz li huwa kopert minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 67(6) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:

(i) 

il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;

(ii) 

fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;

(c) 

ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

l-iskoperturi tas-CIU huma rrappurtati mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dawk tal-istituzzjoni;

(ii) 

il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;

(iii) 

meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu.

B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.