+Artikolu 148 Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet kummerċjali
---+Artikolu 148 1.
---+Artikolu 148 2.
---+Artikolu 148 3.

Artikolu 148 Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet kummerċjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 148 1.
Istituzzjoni li hija permessa tapplika l-approċċ IRB f'konformità mal-Artikolu 107(1) għandha, flimkien ma' kwalunkwe impriża prinċipali u mas-sussidjarji tagħha, timplimenta l-Approċċ IRB għal tal-inqas waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), jew il-punt (g). Ladarba istituzzjoni tkun implimentat l-Approċċ IRB għal ċertu tip ta' skoperturi fi klassi tal-iskoperturi, hija għandha tagħmel dan għall-iskoperturi kollha f'dik il-klassi tal-iskoperturi, sakemm ma tkunx irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tuża l-Approċċ Standardizzat b'mod permanenti f'konformità mal-Artikolu 150.

Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB tista' ssir sekwenzjalment fit-tipi differenti ta' skoperturi f'ċerta klassi tal-iskoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu ta' stimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF.

Artikolu 148 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-perjodu li matulu istituzzjoni u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha f'ċerta klassi tal-iskoperturi fit-tipi differenti ta' skoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF. Dak il-perjodu għandu jkun wieħed li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun adatt fuq il-bażi tan-natura u tal-iskala tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata, jew ta' kwalunkwe impriża prinċipali u tas-sussidjarji tagħha, u tan-numru u tan-natura tas-sistemi ta' klassifikazzjoni li jkunu ser jiġu implimentati.
Artikolu 148 3.
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB f'konformità mal-kundizzjonijiet determinati mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tfassal dawk il-kundizzjonijiet b'mod li jiżguraw li l-flessibbiltà skont il-paragrafu 1 ma tintużax b'mod selettiv għall-fini tal-kisba ta' rekwiżiti tal-fondi proprji mnaqqsa fir-rigward ta' dawk it-tipi ta' skoperturi jew l-unitajiet kummerċjali li jkunu għadhom iridu jiġu inklużi fl-Approċċ IRB jew fl-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew fl-użu tal-IRB-CCF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.